L-Evanġelju tal-Jum

Kelma għall-Ħajja

“Kelma ghall-Hajja” huwa programm li jispjega l-Evanġelu tal-Ħadd fil-kuntest ta’ sitwazzjonijiet reali mill-ħajja ta’ kuljum. “Kelma għall-Ħajja” jixxandar kull nhar ta’ Sibt fis-6:05pm fuq TVM, b’repetizzjoni l-Ħadd fit-7:45am, qabel  ix-xandira diretta tal-Quddiesa. Biex tara l-episodji kollha ta’ dan il-programm agħfas fuq l-icon YOUTUBE fuq in-naħa t’isfel ta’ din il-paġna. Fuq din il-paġna wkoll tista wkoll tħalli l-kummenti jew suġġerimenti tiegħek dwar din il-produzzjoni mtella’ mill-Uffiċċju Komunikazzjoni tal-Arċidjoċesi ta’ Malta… Kompli aqra »

Rifflesjonijiet għal Żmien ir-Randan – 28 ta’ Frar 2010

Hemmhekk

Malli ssejħilna, Mulej,

aħna nitilqu

u mmorru f’postijiet

fejn nibnu s-solidarjetà.

Hemm kotra kbira!

Hemmhekk kulħadd iħossu marbut ma’ xulxin

b’rabta li ma tinħallx.

Hemmhekk kulħadd hu magħqud

għax kull persuna għandha dejjem

il-ferħ u l-paċi fiha.

Malli ssejħilna, Mulej,

aħna nitilqu

u mmorru f’pajjiżi

fejn hi meħtieġa l-maħfra… Kompli aqra »

Rifflesjonijiet għal Żmien ir-Randan – 27 ta’ Frar 2010

Tiftix

Qrib tiegħi, Mulej,

nisma’ t-tgeġwiġ ta’ leħnek

u jien infittxek fil-proxxmu tiegħi

li jħaffef biex jiltaqa’ miegħi

u jara fhiex ninsab

meta ninqabad kuljum

ġo l-isqaqijiet ta’ ħajti.

Infittxek fit-tenerezzi

li juruni u nirċievi.

Infittxek fil-bnedmin

li b’rieda soda

moħħhom fit-tjieba

u fis-solidarjetà! … Kompli aqra »

Rifflesjonijiet għal Żmien ir-Randan – 26 ta’ Frar 2010

Kurjuż

Kemm hi kurjuża dil-ħaġa,

li int, Mulej,

ta’ kobor bla qies,

u ogħla minn kollox

u minn kulħadd,

tersaq lejna bħal ħuna

u tgħix bħalna

u tmut ukoll bħalna,

u timxi magħna fil-widien xotti ta’ ħajjitna

u fl-istat fqajjar tagħna l-bnedmin.

Kemm hi kurjuża dil-ħaġa,

li int, Mulej,

etern u mogħti qima,

teħodha kontra l-flus

li jaħkmu l-qlub

u r-reliġjonijiet;

li int, tfittex il-ħbieb

għaliex ma tiflaħx ma taqsamx imħabbtek ma’ l-oħrajn,

li int, tilbes il-fardal tal-qaddejja;

li int, ġarrabt u waqajt

taħt l-attakki tal-mibegħda,

li int tokrob fis-solitudni;

li int, indfint fl-art

bħal ma’ żerriegħa titgħatta bil-ħamrija,

u minnek ħareġ frott li ħadd ma stenna:

fik aħna nemmnu,

Mulej Alla tagħna

li ġġib ruħek magħna

b’mod daqshekk kurjuż… Kompli aqra »

Rifflesjonijiet għal Żmien ir-Randan – 25 ta’ Frar 2010

L-inqas li hu mistenni

L-inqas li hu mistenni mill-bniedem

mhux li kull persuna

tiġi ttrattata bir-rispett

u jkollha l-istess dritt għall-ħajja?

L-inqas li hu mistenni mill-bniedem

mhux li kull persuna

tkun ħielsa

u kapaċi toħloq

mingħajr ma tkun maħkuma

mill-flus, mir-reliġjonijiet jew mill-istati?

L-inqas li hu mistenni mill-bniedem

mhux li l-art nibżgħu għaliha

bħala ħaġa sagra,

inħarsuha u nsebbħuha

biex tibqa’ l-ambjent

li nistagħġbu bih,

imħejji minn Alla

għal dawk kollha

li jgħixu fih? … Kompli aqra »

Rifflesjonijiet għal Żmien ir-Randan – 24 ta’ Frar 2010

Ġudizzju

Il-jum tal-ġudizzju –

u l-bnedmin jinsabu miġbura.

Huma jistqarru quddiem il-Mulej

li qiegħed fuq it-tron tiegħu:

“M’aħniex denji

li nidħlu fil-Preżenza tiegħek.

Ma tajnikx qima!

Ma tajniex ġieh

lill-Isem qaddis tiegħek!

Il-festi tiegħek ma ċċelebrajniehomx

b’mod xieraq u qaddis!

Lgħabniha ta’ nsara

u bdilnik ma’ allat oħra! … Kompli aqra »

Rifflesjonijiet għal Żmien ir-Randan – 23 ta’ Frar 2010

Vanġelu

Bil-qawwa tal-fidi

se nitkellmu fuq il-maħfra tiegħek,

imma fl-istess ħin

u kif inhu xieraq,

sabiex ma nagħmluhiex ta’ mħallef,

bl-ikbar imħabba nuru ħniena

ma’ kull persuna mħawda u mfarrka

jew li tilfet it-triq minħabba l-ħażen.

Mingħajr ma nistennew minnha

l-inteġrità

jew id-dinjità,

u fuq kollox mingħajr ġudizzju,

noffrulha l-mogħdrija

u l-faraġ tagħna… Kompli aqra »

Rifflesjonijiet għal Żmien ir-Randan – 22 ta’ Frar 2010

Komunjoni

Hemm qegħdin magħna.

Huma bnedmin bħalna.

Huma ħutna, Mulej!

U aħna nħokku, immissu magħhom

u niltaqgħu magħhom

kull ħin ta’ kull jum!

Jokorbu. Jisktu.

Jittalbu. Jistennew bis-sabar kollu.

Jistennew sa ma jitherrew

u kull ma jifdlilhom

hu ftit tama.

Huma ċkejknin, Mulej,

u min jista’ jarahom, Mulej,

u min jista’ jismagħhom, Mulej? … Kompli aqra »

Rifflesjonijiet għal Żmien ir-Randan – 21 ta’ Frar 2010

Xebħ

Il-Kelma tiegħek, Mulej,

hi l-preżenza

ta’ l-ispirtu ta’ aħwa,

lest biex jgħin

lil dawk imċaħħda

mid-dinjità u mill-ikel,

li jinsabu fl-ikbar miżerja!

Il-Kelma tiegħek, Mulej,

hi l-kompassjoni

li biha tfarraġ lil dawk

li għandhom il-futur imkisser

minħabba t-telfa

ta’ xi ħadd għażiż,

u t-toqol tas-sens ta’ ħtija… Kompli aqra »

Rifflesjonijiet għal Żmien ir-Randan – 20 ta’ Frar 2010

Fejqan

Il-ħars tagħna

ifittex id-difetti.

Jieqaf fuq in-nuqqasijiet.

Jgħaddi ġudizzju kif ifettillu.

Jagħmilha ta’ mħallef.

Jara biss dak

li jidher minn barra.

Dejjem għandu raġun.

Żgur minnu nnifsu.

Jiddeċiedi, bla ma jqis xejn,

min hu dak

li hu denn li jkun magħna

u min hu dak

li għandu jitwarrab… Kompli aqra »