L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 8 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Rum 13:8-10
Salm: 111 (112):1-2,4-5,9

L-Evanġelju: Lq 14:25-33

F’dak iż-żmien, kotra kbira ta’ nies kienet miexja ma’ Ġesù; hu dar lejhom u qalilhom: “Min jiġi għandi ma jistax ikun dixxiplu tiegħi jekk ma jobgħodx lil missieru u ’l ommu u lil martu u lil uliedu, ’l ħutu subien u bniet, u saħansitra lilu nnifsu… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 7 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Rum 12:5-16a
Salm: 130 (131):1,2,3

L-Evanġelju: Lq 14:15-24

F’dak iż-żmien, wieħed minn dawk li kienu ma’ Ġesù għall-mejda, meta semgħuh jgħid dan, qallu: “Hieni min jiekol il-ħobż fis-Saltna ta’ Alla!”

Iżda hu wieġeb: “Wieħed raġel għamel pranzu kbir u stieden ħafna nies. Meta sar il-ħin għall-ikel, bagħat lill-qaddej tiegħu għand il-mistednin biex jgħidilhom: ‘Ejjew, għax ġa lest kollox.’ Imma lkoll xorta waħda bdew isibu xi skuża… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 6 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Rum 11:29-36
Salm: 68 (69):30-31,33-34,36-37

L-Evanġelju: Lq 14:12-14

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-kap tal-fariżej li kien stiednu: “Meta tagħti ikla jew pranzu, tistedinx lil ħbiebek jew lil ħutek jew lil qrabatek, u anqas ġirien għonja, għax għandhom mnejn imbagħad jistiednu lilek huma, u hekk iroddulek il-pjaċir li tkun għamiltilhom.

Għall-kuntrarju, meta tagħmel ikla, stieden il-foqra, il-magħtubin, iz-zopop u l-għomja, u hieni int, għax dawn ma għandhomx minn fejn iroddulek pjaċir bi pjaċir, imma jroddhulek Alla meta l-ġusti jqumu għall-ħajja”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 5 ta’ Novembru

l-Wieħed u Tletin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari ta-jum

L-Ewwel Qari: Mal 1:14b – 2:2b,8-10
Salm: 130 (131):1,2,3
It-Tieni Qari: 1 Tess 2:7b-9,13

L-Evanġelju: Mt 23:1-12

F’dak iż-żmien, Ġesù kellem lin-nies u lid-dixxipli tiegħu, u qalilhom: “Fuq il-katedra ta’ Mosè qagħdu l-kittieba u l-Fariżej. Mela kull ma jgħidulkom huma agħmluh u ħarsuh, iżda tagħmlux kif jagħmlu huma, għax huma kliem biss għandhom, imma fatti xejn… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 4 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Rum 11:1-2a,11-12,25-29
Salm: 93 (94):12-13a,14-15,17-18

L-Evanġelju: Lq 14:1,7-11

Darba, kien is-Sibt, Ġesù daħal għand wieħed mill-kapijiet tal-Fariżej biex jiekol għandu, u huma qagħdu għajnejhom fih. Billi ra b’għajnejh kif il-mistednin bdew jagħżlu l-postijiet ta’ quddiem fil-mejda, qalilhom din il-parabbola: “Meta wieħed jistiednek għal xi festa ta’ tieġ, tmurx toqgħod fil-post ta’ quddiem, li ma jkunx hemm xi mistieden aqwa minnek, u dak li jkun stieden lilek u lilu jiġi fuqek jgħidlek: “Agħti l-post lil dan”, u int imbagħad, b’regħxa ta’ mistħija fuqek, ikollok tieħu l-post tal-aħħar… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 3 ta’ Novembru

L-Ewwel Qari: Rum 9:1-5
Salm: 147:12-13,14-15,19-20

L-Evanġelju: Lq 14:1-6

Darba, kien is-Sibt, u Ġesù daħal għand wieħed mill-kapijiet tal-Fariżej biex jiekol għandu, u huma qagħdu għajnejhom fih. U resaq quddiemu wieħed marid bl-ilma. Ġesù dar fuq l-għorrief tal-Liġi u l-Fariżej u qalilhom: “Jiswa jew le li wieħed ifejjaq f’jum is-Sibt?”. Huma ma tkellmu xejn iżda hu qabad lir-raġel, fejqu u bagħtu… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 2 ta’ Novembru

L-Għid tal-Imwiet – Tifkira Solenni
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġob 19:1,23-27a
Salm: 26
It-Tieni Qari: Rum 19:1,23-27a

L-Evanġelju: Ġw 6:37-40

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lin-nies, “Dak kollu li missieri jagħtini jiġi għandi, u min jiġi għandi ma nkeċċihx ’il barra; għax jiena nżilt mis-sema biex nagħmel mhux ir-rieda tiegħi, imma r-rieda ta’ min bagħatni. Issa r-rieda ta’ min bagħatni hija din: li jiena ma nitlef xejn minn dak kollu li tani, iżda li nqajmu mill-imwiet fl-aħħar jum… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 1 ta’ Novembru

Il-Qaddisin Kollha – Solennità
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Apok 7:2-4,9-14
Salm: 23 (24):1-2,3-4ab,5-6
It-Tieni Qari: 1 Ġw 3:1-3

L-Evanġelju: Mt 5:1-12a

F’dak iż-żmien: Ġesù kif ra l-folol, tela’ fuq il-muntanja, u wara li qagħad bilqiegħda, resqu lejh id-dixxipli tiegħu.

U hu fetaħ fommu u qabad ikellimhom u jgħid: “Henjin il-fqar fl-ispirtu, għax tagħhom hija s-saltna tas-Smewwiet… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 31 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Rum 8:18-25
Salm: 125 (126):1-2ab,2ċd-3,4-5,6

L-Evanġelju: Lq 13:18-21

F’dak iż-żmien, Ġesù qal: “Lil xiex tixbah is-Saltna ta’ Alla, u ma’ xiex se nxebbhuha? Tixbah lil żerriegħa tal-mustarda li wieħed raġel qabad u żeragħha fil-ġnien tiegħu, u mbagħad kibret u saret siġra, u l-għasafar tal-ajru marru jbejtu fil-friegħi tagħha.”

U reġa’ qalilhom: “Ma’ xiex se nxebbahha s-Saltna ta’ Alla? … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 30 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Rum 8:12-17
Salm: 67 (68):2 u 4,6-7ab,20-21

L-Evanġelju: Lq 13:10-17

Darba s-Sibt, Ġesù kien qiegħed jgħallem f’waħda mis-sinagogi. U kien hemm mara li kienet ilha tmintax-il sena bi spirtu li kien imarradha; kienet milwija ħafna, u ma kinitx tista’ tieqaf dritta għalkollox.

Kif raha Ġesù sejħilha u qalilha: “Mara, inti meħlusa mill-mard tiegħek.” U qegħdilha jdejh fuqha, u minnufih waqfet dritta u bdiet tfaħħar lil Alla… Kompli aqra »