L-Evanġelju tal-jum: 2 ta’ April
02/04/2024L-Ottava tal-Għid – It-Tlieta
Qari tal-jum
L-Ewwel Qari: Atti 2:36-41
Salm: 32 (33):4-5,18-19,20 u 22
L-Evanġelju: Ġw 20:11-18
F’dak iż-żmien, Marija baqgħet ’il barra mill-qabar, tibki. Kif kienet qiegħda tibki, tbaxxiet lejn il-qabar, u rat żewġ anġli lebsin l-abjad, bilqiegħda, wieħed in-naħa tar-ras u l-ieħor in-naħa tar-riġlejn fejn kienu qiegħdu l-ġisem ta’ Ġesù. Huma qalulha: “Mara, għalfejn qiegħda tibki?” Hi wieġbet: “Għax ħadu lil Sidi, u ma nafux fejn qegħduh.”
Kif qalet hekk, daret lura u rat lil Ġesù wieqaf, iżda ma ntebħitx li kien Ġesù… Kompli aqra »