L-Għid il-Kbir tal-Qawmien tal-Mulej mill-Imwiet
Solennita’ – Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġen 1:1 – 2:2
Salm: 103 (104):1-2a,5-6,10,12,13-14,24,35ċ jew 32 (33):4-5,6-7,12-13,20,22
It-Tieni Qari: Ġen 22:1-18
Salm: 15 (16):5,8,9-10,11
It-Tielet Qari: Eż 14:15 – 15:1
Salm: Eż 15:1-2,3-4,5-6,17-18
Ir-Raba’ Qari: Is 54:5-14
Salm: 29 (30):2,4,5-6,11,12a,13b
Il-Ħames Qari: Is 55:1-11
Salm: Is 12:2-3,4bċd,5-6
Is-Sitt Qari: Bar 3:9-15,32 – 4:4
Salm: 18 (19):8,9,10,11
Is-Seba’ Qari: Eżek 36:16-17a,18-28
Salm: 41 (42):3.5bċd; 42 (43):3,4 jew 50 (51):12,13,14-15,18-19
It-Tmien Qari: Rum 6:3-11
Salm: 117 (118):1-2,16ab-17,22-23

L-Evanġelju: Mk 16:1-7

Meta għadda s-Sibt, Marija ta’ Magdala, Marija omm Ġakbu, u Salomi xtraw xi fwejjaħ biex imorru jidilkuh bihom. U kmieni ħafna fl-ewwel jum tal-ġimgħa, kif telgħet ix-xemx marru ħdejn il-qabar.

U bdew jgħidu lil xulxin: “Min se jgerbilna l-ġebla mid-daħla tal-qabar?” Iżda meta ħarsu, raw li l-ġebla kienet imressqa fil-ġenb; kienet ġebla kbira ħafna. Daħlu fil-qabar, u raw żagħżugħ bilqiegħda n-naħa tal-lemin, liebes libsa bajda; u nħasdu. Imma hu qalilhom: “Xejn la tinħasdu. Qegħdin tfittxu lil Ġesù ta’ Nazaret li kien imsallab; qam mill-mewt, m’huwiex hawn. Araw il-post fejn kienu qegħduh. Imma morru għidu lid-dixxipli tiegħu, u lil Pietru, li hu sejjer fil-Galilija qabilkom; tarawh hemmhekk, kif kien qalilkom.”