L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 21 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżodu 11:10 – 12:14
Salm: 115 (116):12-13,15-16bċ,17-18

L-Evanġelju: Mt 12:1-8

Darba waħda, is-Sibt, Ġesù kien għaddej minn għalqa miżrugħa. Issa lid-dixxipli tiegħu ħadhom il-ġuħ; u bdew jaqtgħu s-sbul u jikluh. Imma rawhom il-Fariżej, u qalulu: “Ara, id-dixxipli tiegħek jagħmlu dak li ma jiswiex nhar ta’ Sibt.”

U hu qalilhom: “Ma qrajtux x’għamel David meta kien bil-ġuħ, hu u dawk li kienu miegħu? … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 20 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżodu 3:13-20
Salm: 104 (105): 1 u 5,8-9,24-25,26-27

L-Evanġelju: Mt 11:28-30

F’dak iż-żmien, Ġesù qal: “Ejjew għandi, intom ilkoll li tinsabu mħabbtin u mtaqqlin, u jiena nserraħkom. Ħudu fuqkom il-madmad tiegħi u tgħallmu minni, għaliex jiena ta’ qalb ħelwa u umli, u intom issibu l-mistrieħ għal ruħkom. Għax il-madmad tiegħi ħelu u t-toqol tiegħi ħafif.”

Qaddis tal-jum: San Apollinaris, isqof u martri Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 19 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżodu 3:1-6,9-12
Salm: 102 (103):1-2,3-4,6-7

L-Evanġelju: Mt 11:25-27

F’dak iż-żmien, Ġesù qabad u qal: “Infaħħrek, Missier, Sid is-sema u l-art, għax inti dawn il-ħwejjeġ ħbejthom lil min għandu l-għerf u d-dehen u wrejthom liċ-ċkejknin. Iva, Missier, għax lilek hekk għoġbok.

Kollox kien mogħti lili minn Missieri, u ħadd ma jagħraf lill-Iben jekk mhux il-Missier, kif ħadd ma jagħraf lill-Missier jekk mhux l-Iben u dak li lilu l-Iben irid jgħarrafhulu”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 18 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżodu 2:1-15a
Salm: 68 (69):3,14,30-31,33-34

L-Evanġelju: Mt 11:20-24

F’dak iż-żmien, Ġesù qabad iċanfar bis-sħiħ l-ibliet li ma wrewx indiema minkejja l-ħafna mirakli li kien għamel fihom: “Ħażin għalik, Korożajn! Ħażin għalik, Betsajda! Għax kieku l-mirakli li saru fikom saru f’Tir u Sidon, kieku ilhom li wrew indiema bl-ilbies tal-ixkejjer u l-irmied. Iżda ngħidilkom li jum il-ħaqq se jkun eħfef għal Tir u Sidon milli għalikom… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 17 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżodu 1:8-14,22
Salm: 123 (124):1-3,4-6,7-8

L-Evanġelju: Mt 10:34 – 11:1

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-appostli tiegħu: “Taħsbux li jiena ġejt inġib il-paċi fuq l-art! Ġejt inġib mhux il-paċi, imma s-sejf. Iva, ġejt nifred lill-bniedem minn missieru, lill-bint minn ommha, u lill-mara minn omm żewġha; u l-bniedem ikollu n-nies ta’ daru stess għedewwa tiegħu.

Min iħobb lil missieru jew lil ommu iżjed minni ma jistħoqqlux li jkun miegħi; min iħobb lil ibnu jew lil bintu iżjed minni ma jistħoqqlux li jkun tiegħi… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 16 ta’ Lulju

Il-Ħmistax-il Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Is 55:10-11
Salm: 64 (65):10abċd,10e-11,12-13,14
It-Tieni Qari: Rum 8:18-23

L-Evanġelju: Mt 13:1-23

Dakinhar Ġesù ħareġ mid-dar, mar f’xatt il-baħar u qagħad bilqiegħda hemm. U nġabru madwaru folol hekk kbar ta’ nies li kellu jitla’ fuq dgħajsa u jinżel bilqiegħda fiha; in-nies qagħdu lkoll wieqfa fuq ix-xatt, u hu beda jkellimhom fuq bosta ħwejjeġ bil-parabboli… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 15 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġen 49:29-33; 50:15-26a
Salm: 104 (105):1-2,3-4,6-7

L-Evanġelju: Mt 10:24-33

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-Appostli tiegħu: “Ma hemmx dixxiplu aqwa mill-imgħallem, anqas ilsir aqwa minn sidu. Biżżejjed għad-dixxiplu jekk joħroġ jixbah lill-imgħallem tiegħu u l-ilsir lil sidu. Jekk lil sid id-dar tawh il-laqam ta’ Begħelżebul, kemm aktar lin-nies ta’ daru!

Għalhekk la tibżgħux minnhom. Għax xejn ma hu mgħotti li ma jinkixifx, u xejn ma hu moħbi li ma jsirx magħruf… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 14 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġen 46:1-7,28-30
Salm: 36 (37):3-4,18-19,27-28,39-40

L-Evanġelju: Mt 10:16-23

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-Appostli tiegħu: “Ara, jiena qiegħed nibgħatkom bħal nagħaġ qalb l-ilpup. Kunu mela għaqlin bħas-sriep u safjin bħall-ħamiem. Oqogħdu attenti mill-bnedmin! Għax għad jerħukom f’idejn il-qrati, jagħtukom is-swat fis-sinagogi tagħhom, itellgħukom quddiem gvernaturi u slaten minħabba fija, biex tagħtu xhieda quddiemhom u quddiem il-pagani. Iżda meta jerħukom f’idejhom, tinkwetawx ruħkom kif se titkellmu jew x’se tgħidu, għax dak il-ħin stess jingħatalkom xi jkollkom tgħidu… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 13 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġen 44:18-21,23b-29; 45:1-5
Salm: 104 (105):16-17,18-19,20-21

L-Evanġelju: Mt 10:7-15

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-appostli tiegħu: “Intom u sejrin, xandru u għidu li s-Saltna tas-Smewwiet waslet. Fejqu l-morda, qajmu l-mejtin, fejqu l-lebbrużi, keċċu x-xjaten. B’xejn ħadtu, b’xejn agħtu. Tfittxux li jkollkom flus fuqkom, la tad-deheb, la tal-fidda u lanqas tar-ram; u la ħorġa għat-triq, la żewġ ilbiesi, la qrieq u lanqas ħatar, għax il-ħaddiem ħaqqu ħobżu… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 12 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġen 41:55-57; 42:5-7a,17-24a
Salm: 32 (33):2-3,10-11,18-19

L-Evanġelju: Mt 10:1-7

F’dak iż-żmien, Ġesù sejjaħ lejh it-tnax-il dixxiplu tiegħu, u tahom is-setgħa fuq l-ispirti ħżiena biex ikeċċuhom, u jfejqu kull xorta ta’ mard u ’l kull min kien nieqes minn saħħtu. L-ismijiet tat-tnax-l appostlu huma dawn: l-ewwel Xmun, jgħidulu Pietru, u ħuh Indrì, u Ġakbu ta’ Żebedew, u ħuh Ġwanni, Filippu u Bartilmew, Tumas u Mattew il-pubblikan, Ġakbu ta’ Alfew, u Taddew, Xmun il-Kanani, u Ġuda l-Iskarjota, li mbagħad ittradieh… Kompli aqra »