Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżodu 2:1-15a
Salm:
68 (69):3,14,30-31,33-34

L-Evanġelju: Mt 11:20-24

F’dak iż-żmien, Ġesù qabad iċanfar bis-sħiħ l-ibliet li ma wrewx indiema minkejja l-ħafna mirakli li kien għamel fihom: “Ħażin għalik, Korożajn! Ħażin għalik, Betsajda! Għax kieku l-mirakli li saru fikom saru f’Tir u Sidon, kieku ilhom li wrew indiema bl-ilbies tal-ixkejjer u l-irmied. Iżda ngħidilkom li jum il-ħaqq se jkun eħfef għal Tir u Sidon milli għalikom.

U int, Kafarnahum, taħseb li se titgħolla sas-sema? Sal-qiegħ nett għad tinxteħet! Għax kieku l-mirakli li saru fik saru f’Sodoma, kieku għadha wieqfa sal-lum. Imma ngħidilkom li jum il-ħaqq se jkun eħfef għall-art ta’ Sodoma milli għalik!”