L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 1 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġen 18:1-15
Salm: Lq 1:46-47,48-49,50 u 53,54-55

L-Evanġelju: Mt 8:5-17

F’dak iż-żmien, Ġesù daħal Kafarnahum, u resaq fuqu wieħed ċenturjun jitolbu bil-ħerqa u jgħidlu: “Sinjur, id-dar għandi l-qaddej mixħut, mifluġ u batut wisq”. Qallu Ġesù: “Niġi jien infejqu”. Qalluċ-ċenturjun: “Sinjur, ma jistħoqqlix li tidħol taħt is-saqaf tiegħi. Iżda int għid kelma biss, u l-qaddej tiegħi jfiq… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 30 ta’ Ġunju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġen 17:1,9-10,15-22
Salm: 127 (128):1-2,3,4-5

L-Evanġelju: Mt 8:1-4

Kif Ġesù niżel minn fuq il-muntanja, folol kbar marru warajh. U resaq fuqu wieħed lebbruż, inxteħet quddiemu u qallu: “Mulej, jekk trid, tista’ tfejjaqni”. Ġesù medd idu fuqu, messu u qallu: “Irrid; kun imfejjaq!”. U minnufih ġismu ndaf mil-lebbra. U qallu Ġesù: “Qis li ma tgħid lil ħadd; iżda mur uri ruħek lill-qassis u agħmel l-offerta li ordna Mosè, biex hekk tagħti xhieda li inti fiqt”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 29 ta’ Ġunju

San Pietru u San Pawl, Appostli – Solennità
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 12:1-11
Salm: 33:2-9
It-Tieni Qari: Tim 4:6-8,17-18

L-Evanġelju: Mt 16:13-19

F’dak iż-żmien: Meta wasal fl-inħawi ta’ Ċesarija ta’ Filippu, Ġesù staqsa lid-dixxipli tiegħu u qalilhom: “In-nies min jgħidu li hu Bin il-bniedem?” U huma weġbuh: “Xi wħud Ġwanni l-Battista, oħrajn Elija, u oħrajn Ġeremija jew wieħed mill-profeti.” “Imma intom,” qalilhom, “intom min tgħidu li jien?” U qabeż Xmun Pietru u qallu: “Inti l-Messija, l-Iben ta’ Alla ħaj.”

U wieġbu Ġesù u qallu: “Imbierek int, Xmun, bin Ġona, għax mhux il-laħam u d-demm urewk min jien, imma Missieri li hu fis-smewwiet… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 28 ta’ Ġunju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġen 15:1-12,17-18
Salm: 104 (105):1-2,3-4,6-7,8-9

L-Evanġelju: Mt 7:15-20

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Iftħu għajnejkom mill-profeti foloz; għax dawn jiġu għandkom libsin ta’ nagħaġ, u minn ġewwa jkunu lpup ħattafa! Mill-frott tagħhom tagħrfuhom. Jaqaw jiġbru għeneb mix-xewk, jew tin mill-għollieq?

Hekk kull siġra tajba frott tajjeb tagħmel, imma s-siġra l-ħażina frott ħażin tagħmel… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 27 ta’ Ġunju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġen 13:2,5-18
Salm: 14 (15):2-3ab,3ċd-4ab,5

L-Evanġelju: Mt 7:6,12-14

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Tagħtux lill-klieb dak li hu qaddis, u tixħtux il-ġawhar tagħkom quddiem il-ħnieżer li ma jmorrux jgħaffġuhom b’saqajhom u mbagħad iduru għalikom u jqattgħukom bi snienhom.

Mela dak kollu li tridu li l-bnedmin jagħmlu lilkom, agħmluh ukoll intom lilhom; għax din hi l-Liġi u l-Profeti… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 26 ta’ Ġunju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġen 12:1-9
Salm: 32 (33):12-13,18-19,20 u 22

L-Evanġelju: Mt 7:1-5

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Tiġġudikawx, biex ma tkunux iġġudikati; għax bl-istess ġudizzju li tagħmlu intom, tkunu ġġudikati; u bl-istess kejl li tkejlu intom, jitkejjel lilkom.

Xi trid tħares lejn it-tibna li hemm f’għajn ħuk? Għax ma tarax it-travu li għandek f’għajnek int? … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 25 ta’ Ġunju

It-Tnax-il Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġer 20:10-13
Salm: 68 (69):8-10,14,17,33-35
It-Tieni Qari: Rum 5:12-15

L-Evanġelju: Mt 10:26-33

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-Appostli tiegħu: “La tibżgħux millbnedmin. Għax xejn ma hu mgħotti li ma jinkixifx, u xejn ma hu moħbi li ma jsirx magħruf. Dak li jien ngħidilkom fid-dlam għiduh fid-dawl, u dak li ngħidilkom f’widnejkom xandruh minn fuq il-bjut… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 24 ta’ Ġunju

It-Twelid ta’ San Ġwann Battista – Solennità
Qari ta-jum

L-Ewwel Qari: Is 49:1-6
Salm: 138:1-3,13-15
It-Tieni Qari: Atti 13:22-26

L-Evanġelju: Lq 1:57-66,80

Eliżabetta għalqilha ż-żmien li teħles, u kellha tifel. Il-ġirien u qrabatha semgħu li l-Mulej wera ħniena kbira magħha, u marru jifirħu magħha. Meta mbagħad fit-tmien jum ġew biex jagħmlu ċ-ċirkonċiżjoni lit-tifel, riedu jsemmuh Żakkarija, għal missieru; imma qabżet ommu u qalet: “Le, imma Ġwanni jkun jismu.” Qalulha: “Ma hemm ħadd li jismu hekk fost qrabatek!”

Imbagħad bdew jistaqsu bis-sinjali lil missieru x’ried isemmih, u hu talabhom xi ħaġa fuqiex jikteb, u kiteb hekk: “Ismu huwa Ġwanni.” U kulħadd baqa’ mistagħġeb… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 23 ta’ Ġunju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Kor 11:18,21b-30
Salm: 33 (34):2-3,4-5,6-7

L-Evanġelju: Mt 6:19-23

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Tgeddsux għalikom teżori f’din id-dinja, fejn kollox jitmermer bil-kamla u s-sadid, u fejn il-ħallelin jinfdu u jisirqu. Iżda ġemmgħu għalikom teżori fis-sema, fejn xejn ma jitmermer u la bil-kamla u lanqas bis-sadid, u fejn ma hemmx ħallelin jinfdu u jisirqu. Għax fejn hemm it-teżor tiegħek, hemm tinsab qalbek ukoll… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 22 ta’ Ġunju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Kor 11:1-11
Salm: 110 (111):1-2,3-4,7-8

L-Evanġelju: Mt 6:7-15

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Intom u titolbu toqogħdux tlabalbu bħall-pagani; dawn mingħalihom li, iktar ma jgħidu, iktar jinstemgħu. Tkunux bħalhom, għax Missierkom jaf x’teħtieġu, qabel ma titolbuh intom.

Mela itolbu hekk: Missierna, li inti fis-smewwiet, jitqaddes ismek, tiġi saltnatek, ikun li trid int, kif fis-sema, hekkda fl-art… Kompli aqra »