L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 4 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Dewt 26:16-19
Salm: 118 (119):1-2,4-5,7-8

L-Evanġelju: Mt 5:43-48

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Smajtu x’intqal: “Ħobb lil għajrek, u obgħod lill-għadu tiegħek”. Imma jiena ngħidilkom: Ħobbu lill-għedewwa tagħkom, u itolbu għal dawk li jippersegwitawkom, biex tkunu wlied Missierkom li hu fis-smewwiet; għax hu jtalla’ x-xemx tiegħu sew fuq il-ħżiena u sew fuq it-tajbin, u jniżżel ix-xita sew fuq min hu tajjeb u sew fuq min mhuwiex… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 3 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżek 18:21-28
Salm: 129 (130):1-2,3-4ab,4ċ-6,7-8

L-Evanġelju: Mt 5:20-26

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Ngħidilkom li, jekk il-ħajja tajba tagħkom ma tkunx ħafna aħjar minn dik tal-kittieba u l-Fariżej, ma tidħlux fis-Saltna tas-Smewwiet.

Smajtu xi ntqal lin-nies ta’ dari: “La toqtolx”. Mela jekk xi ħadd joqtol ikun ħaqqu l-kundanna. Imma jien ngħidilkom li l-kundanna tistħoqq ukoll lil min jinkorla għal ħuh… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 2 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Est 4:17 n,p-r,aa-bb,gg-hh
Salm: 137 (138):1-2a,2bċ-3,7ċ-8

L-Evanġelju: Mt 7:7-12

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Itolbu, u jingħatalkom; fittxu, u ssibu; ħabbtu, u jiftħulkom. Għax kull min jitlob, jaqla’, min ifittex isib, u min iħabbat jiftħulu. Min hu dak il-bniedem fostkom li, jekk ibnu jitolbu biċċa ħobż, sejjer jagħtih ġebla? Jew jekk jitolbu ħuta, sejjer jagħtih serp?

Mela jekk intom, nies ħżiena bħalkom, tafu tagħtu lil uliedkom ħwejjeġ tajba, kemm aktar Missierkom li hu fis-smewwiet jagħti ħwejjeġ tajba lil min jitlobhomlu! … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 1 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġona 3:1-10
Salm: 50 (51):3-4,12-13,18-19

L-Evanġelju: Lq 11:29-32

Meta l-folla tan-nies żdiedet, Ġesù qabad u qal: “Nisel ħażin huwa dan in-nisel! Irid sinjal! Imma ebda sinjal ma jingħatalu ħlief is-sinjal ta’ Ġona. Għax bħalma Ġona sar sinjal għan-nies ta’ Ninwè, hekk isir Bin il-bniedem għal dan in-nisel.

F’jum il-ħaqq, is-sultana tan-Nofsinhar għad tqum man-nies ta’ dan in-nisel u tikkundannahom, għax hi ġiet mit-truf tal-art biex tisma’ l-għerf ta’ Salamun; u araw li hawnhekk hawn min hu aqwa minn Salamun! … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 28 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 55:10-11
Salm: 33 (34):4-5,6-7,16-17,18-19

L-Evanġelju: Mt 6:7-15

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Intom u titolbu toqogħdux tlabalbu bħall-pagani; dawn mingħalihom li, iktar ma jgħidu, iktar jinstemgħu. Tkunux bħalhom, għax Missierkom jaf x’teħtieġu, qabel ma titolbuh intom.

Mela itolbu hekk: Missierna, li inti fis-smewwiet, jitqaddes ismek, tiġi saltnatek, ikun li trid int, kif fis-sema, hekkda fl-art… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 27 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Lev 19:1-2,11-18
Salm: 18 (19):8,9,10,15

L-Evanġelju: Mt 25:31-46

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Meta jiġi Bin il-bniedem fil-glorja tiegħu u bl-anġli kollha miegħu, imbagħad joqgħod fuq it-tron glorjuż tiegħu. U quddiemu jinġabru l-ġnus kollha, u hu jifridhom minn xulxin, bħalma r-ragħaj jifred in-nagħaġ mill-mogħoż: in-nagħaġ iqegħedhom fuq il-lemin tiegħu u l-mogħoż fuq ix-xellug.

Imbagħad is-Sultan jgħid lil dawk ta’ fuq il-lemin tiegħu : “Ejjew, imberkin minn Missieri, ħudu b’wirt tagħkom is-Saltna li tħejjiet għalikom sa mill-ħolqien tad-dinja… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 26 ta’ Frar

L-Ewwel Ħadd tar-Randan
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġen 2:7-9; 3:1-7
Salm: 50 (51):3-4,5-6a,12-13,14 u 17
It-Tieni Qari: Rum 5:12-19

L-Evanġelju: Mt 4:1-11

F’dak iż-żmien, l-Ispirtu ħa lil Ġesù fid-deżert biex ix-xitan iġarrbu. U Ġesù baqa’ sajjem għal erbgħin jum u erbgħin lejl, u fl-aħħar ħadu l-ġuħ. U resaq it-tentatur u qallu: “Jekk inti Bin Alla, ordna li dan il-ġebel isir ħobż”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 25 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 58:9b-14
Salm: 85 (86):1-2,3-4,5-6

L-Evanġelju: Lq 5:27-32

F’dak iż-żmien, Ġesù lemaħ wieħed pubblikan, jismu Levi, bilqiegħda quddiem il-mejda tat-taxxi, u qallu: “Ejja warajja!”. Dak telaq kollox, qam u mar warajh. Imbagħad Levi għamillu laqgħa kbira f’daru stess, u kien hemm magħhom fuq il-mejda kotra kbira ta’ pubblikani u nies oħra.

Il-Fariżej u l-kittieba sħabhom bdew igemgmu mad-dixxipli tiegħu, u qalulhom: “Dan l-għala tieklu u tixorbu mal-pubblikani u l-midinbin?”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 24 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 58:1-9a
Salm: 50 (51):3-4,5-6a,18-19

L-Evanġelju: Mt 9:14-15

F’dak iż-żmien, resqu lejn Ġesù id-dixxipli ta’ Ġwanni u qalulu: “Għaliex aħna u l-Fariżej insumu, u d-dixxipli tiegħek ma jsumux?”

Qalilhom Ġesù: “Huwa l-mistednin tal-għarus se jsewdu qalbhom sakemm l-għarus ikun għadu magħhom? Imma jasal il-jum meta l-għarus jeħduhulhom minn magħhom, u mbagħad isumu”. Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 23 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Dewt 30:15-20
Salm: 1:1-2,3,4,6

L-Evanġelju: Lq 9:22-25

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Jeħtieġ li Bin il-bniedem ibati ħafna, jiċħduh ix-xjuħ u l-qassisin il-kbar u l-kittieba, joqtluh, u fit-tielet jum iqum”.

Darba qal lil kulħadd: “Jekk xi ħadd irid jiġi warajja, għandu jiċħad lilu nnifsu, jerfa’ salibu kuljum, u jimxi warajja. Għax min irid isalva ħajtu, jitlifha; imma min jitlef ħajtu għall-imħabba tiegħi, isalvaha… Kompli aqra »