L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 22 ta’ Frar

L-Erbgħa tal-Irmied
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġoel 2:12-18
Salm: 50 (51): 3-4,5-6a,12-13,14 u 17
It-Tieni Qari: 2 Kor 5:20 – 6:2

L-Evanġelju: Mt 6:1-6,16-18

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Qisu li l-għemil tajjeb tagħkom ma tagħmluhx għal wiċċ in-nies biex tidhru quddiemhom, għax inkella ma jkollkomx ħlas mingħand Missierkom li hu fis-smewwiet.

Mela meta tagħmel karità, tmurx iddoqq it-trombi quddiemek, kif jagħmlu dawk ta’ wiċċ b’ieħor fis-sinagogi u fit-triqat, biex in-nies tfaħħarhom… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 21 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Sir 2:1-13
Salm: 36 (37):3-4,18-19,27-28,39-40

L-Evanġelju: Mk 9:30-37

F’dak iż-żmien, Ġesù u d-dixxipli għaddew minn nofs il-Galilija, u hu ma ried li ħadd ikun jaf, għax beda jgħallem lid-dixxipli tiegħu u jgħidilhom: “Bin il-bniedem se jingħata f’idejn il-bnedmin u joqtluh; u meta jkun maqtul, wara tlitt ijiem iqum mill-mewt”. Iżda huma ma fehmuhx dan il-kliem, u beżgħu jistaqsuh… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 20 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Sir 1:1-10
Salm: 92 (93):1ab,1ċ-2,5

L-Evanġelju: Mk 9:14-29

F’dak iż-żmien, Ġesù, Pietru, Ġakbu u Ġwanni, niżlu minn fuq il-muntanja u ġew ħdejn id-dixxipli l-oħra, rawhom b’kotra kbira ta’ nies madwarhom, u xi kittieba jitlewmu magħhom. In-nies, kif rawh, ilkoll stagħġbu ħafna u ġrew lejh biex isellmulu.

U hu staqsiehom: “Fuqiex qegħdin titlewmu magħhom?”. U wieħed mill-kotra qallu: “Mgħallem, ġibtlek lil ibni għax għandu spirtu mbikkem… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 19 ta’ Frar

Is-Seba’ Ħadd taż-żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Lev 19:1-2,17-18
Salm: 102(103):1-2,3-4,8,10,12-13
It-Tieni Qari: 1 Kor 3:16-23

L-Evanġelju: Mt 5:38-48

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Smajtu xi ntqal: ‘Għajn b’għajn u sinna b’sinna’. Imma jiena ngħidilkom biex bniedem ħażin ma tiqfulux; anzi, jekk xi ħadd jagħtik daqqa ta’ ħarta fuq ħaddek tal-lemin, dawwarlu l-ieħor ukoll; u lil min ikun irid itellgħek il-qorti u jeħodlok il-libsa, ħallilu wkoll il-mantar… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 18 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Lhud 11:1-7
Salm: 144 (145):2-3,4-5,10-11

L-Evanġelju: Mk 9:2-13

F’dak iż-żmien, Ġesù ħa miegħu lil Pietru u lil Ġakbu u lil Ġwanni, tellagħhom weħidhom fuq muntanja għolja, u tbiddel quddiemhom. Ilbiesu sar abjad u jgħammex b’dija tal-għaġeb: ebda ħassiel fid-dinja ma jista’ jġib il-ħwejjeġ bojod daqshekk. U dehrilhom Elija ma’ Mosè, jitkellmu ma’ Ġesù.

Qabad Pietru u qal lil Ġesù: “Mgħallem, kemm hu sew li aħna hawn! … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 17 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġen 11:1-9
Salm: 32 (33):10-11,12-13,14-15

L-Evanġelju: Mk 8:34 – 9:1

F’dak iż-żmien, Ġesù sejjaħ lejh in-nies flimkien mad-dixxipli tiegħu u qalilhom: “Jekk xi ħadd irid jiġi warajja, għandu jiċħad lilu nnifsu, jerfa’ salibu, u jimxi warajja. Għax min irid isalva ħajtu, jitlifha; imma min jitlef ħajtu għall-imħabba tiegħi u tal-Evanġelju, isalvaha.

Għax x’jiswielu l-bniedem jekk jikseb id-dinja kollha u mbagħad jitlef ħajtu? … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 16 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġen 9:1-13
Salm: 101 (102):16-18,19-21,29 u 22-23

L-Evanġelju: Mark 8:27-33

F’dak iż-żmien, telaq Ġesù flimkien mad-dixxipli tiegħu lejn l-irħula ta’ Ċesarija ta’ Filippu. Huma u mexjin, lid-dixxipli tiegħu għamlilhom din il-mistoqsija: “Min jgħidu n-nies li jien?”. Weġbuh u qalulu: “Ġwanni l-Battista; oħrajn, Elija; u oħrajn, wieħed mill-profeti”. Hu staqsiehom: “Imma intom, min tgħidu li jien?”. Qabeż Pietru u qallu: “Inti l-Messija”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 15 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġen 8:6-13,20-22
Salm: 115 (116):12-13,14-15,18-19

L-Evanġelju: Mark 8:22-26

F’dak iż-żmien, Ġesù u d-dixxipli waslu Betsajda, u ħadulu quddiemu raġel agħma u talbuh imissu. Qabad l-agħma minn idu u ħadu barra mir-raħal, beżaqlu f’għajnejh, qiegħed idejh fuqu u staqsieh: “Qiegħed tara xi ħaġa?”. Dak ħares ’il fuq u qal: “Qiegħed nara n-nies, imma qiegħed narahom donnhom siġar mexjin”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 14 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 13:46-69
Salm: 116:1,2

L-Evanġelju:  Lq 10:1-9

F’dak iż-żmien: Il-Mulej qabbad tnejn u sebgħin oħra u bagħathom tnejn tnejn qablu f’kull belt u post fejn kien sejjer hu. U qalilhom: “Il-ħsad hu kbir, tassew, imma l-ħaddiema ftit. Itolbu mela ’l sid il-ħsad biex jibgħat ħaddiema għall-ħsad tiegħu. Morru! Araw, qiegħed nibgħatkom bħal ħrief qalb l-ilpup.

Teħdux magħkom, la but, la ħorġa u lanqas qrieq, u fit-triq issellmu ’l ħadd… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 13 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġen 4:1-15,25
Salm: 49 (50):1 u 8,16bċ-17,20-21

L-Evanġelju: Mk 8:11-13

F’dak iż-żmien, ġew il-Fariżej u bdew iħaqquha ma’ Ġesù; u, biex iġarrbuh, talbuh sinjal mis-sema. Hu tniehed tnehida fih innifsu u qal: “Għalfejn irid sinjal dan in-nisel? Tassew ngħidilkom, ebda sinjal ma jingħatalu dan in-nisel”. U telaqhom, raġa’ tala’ fuq id-dgħajsa u mar ix-xatt l-ieħor. Kompli aqra »