L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 2 ta’ Frar

Il-Preżentazzjoni tal-Mulej – Solennità
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Mal 3:1-4
Salm: 23:7-10

L-Evanġelju: Lq 2:22-40

Meta għalqilhom iż-żmien għat-tisfija tagħhom, skont il-Liġi ta’ Mosè, ħadu lil Ġesù f’Ġerusalemm biex jippreżentawh lill-Mulej, bħalma hu miktub fil-Liġi tal-Mulej, ‘Kull tifel li jitwieled l-ewwel wieħed, ikun ikkonsagrat lill-Mulej,’ u biex joffru b’sagrifiċċju ‘par gamiem jew żewġ bċieċen,’ kif jingħad fil-Liġi tal-Mulej.

Kien hemm f’Ġerusalemm raġel jismu Xmun… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 1 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Lhud 12:4-7,11-15
Salm: 102 (103):1-2,13-14,17-18a

L-Evanġelju: Mark 6:1-6

F’dak iż-żmien, Ġesù mar lejn pajjiżu u d-dixxipli tiegħu marru miegħu. Meta wasal is-Sibt, daħal jgħallem fis-sinagoga, u l-ħafna li semgħuh bdew jistagħġbu u jgħidu: “Mnejn kisbu dan kollu? U x’inhu dan l-għerf li ngħatalu biex saħansitra qegħdin isiru dawn l-għeġubijiet kbar b’idejh? Dan mhuwiex il-mastrudaxxa bin Marija u ħu Ġakbu u Ġożè u Ġuda u Xmun? … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 31 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Lhud 12:1-4
Salm: 21 (22):26b-27,28 u 30,31-32

L-Evanġelju: Mk 5:21-43

F’dak iż-żmien, wara li Ġesù raġa’ qasam bid-dgħajsa għax-xatt l-ieħor, waqt li kien ħdejn il-baħar inġabret madwaru kotra kbira ta’ nies. U ġie wieħed mill-kapijiet tas-sinagoga, jismu Ġajru. Dan, malli rah, inxteħet f’riġlejh, u talbu ħafna u qallu: “Binti ż-żgħira waslet fl-aħħar; ejja qiegħed idejk fuqha, ħalli tfiq u tgħix”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 30 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Lhud 11:32-40
Salm: 30 (31):20,21,22,23,24

L-Evanġelju: Mark 5:1-20

F’dak iż-żmien, Ġesù u d-dixxipli tiegħu waslu x-xatt l-ieħor tal-baħar u ġew fil-pajjiż tal-Gerasin. Kif niżel mid-dgħajsa, resaq fuqu wieħed, li ħareġ mill-oqbra, li kien maħkum minn spirtu ħażin. Dan kien jgħammar fl-oqbra, u ħadd ma kien jista’ jżommu marbut, anqas b’katina, għax bosta drabi laħqu rabtuh bix-xkiel u bil-ktajjen u hu kien jaqsam il-ktajjen u jkisser ix-xkiel, u ħadd ma kellu l-ħila jżommu… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 29 ta’ Jannar

Ir-Raba’ Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Sof 2:3; 3:12-13
Salm: 145 (146):7,8-9a,9bc-10
It-Tieni Qari: 1 Kor 1:26-31

L-Evanġelju: Mt 5:1-12a

F’dak iż-żmien, kif ra l-folol, Ġesù tala’ fuq il-muntanja, qagħad bilqiegħda, u resqu lejh id-dixxipli tiegħu. Fetaħ fommu u qabad jgħallimhom u jgħid:

“Henjin il-foqra fl-ispirtu, għax tagħhom hija s-Saltna tas-Smewwiet.
Henjin l-imnikkta, għax huma jkunu mfarrġa… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 28 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Lhud 11:1-2,8-19
Salm: Lq 1:69-70,71-72,73-75

L-Evanġelju: Mk 4:35-41

Dakinhar, xħin sar filgħaxija Ġesù qal lid-dixxipli: “Ejjew naqsmu għax-xatt l-ieħor”. Ħallew in-nies, u ħaduh magħhom kif kien fid-dgħajsa; u marru miegħu dgħajjes oħra. U qam riefnu kbir, u l-mewġ beda tiela’ għal ġod-dgħajsa, hekk li kienet ġa bdiet timtela bl-ilma. Hu kien fil-poppa, rieqed fuq imħadda. Qajjmuh u qalulu: “Mgħallem, dan qisu mhu xejn għalik li aħna se nintilfu?”

Imbagħad qam, ordna lir-riħ u qal lill-baħar: “Iskot! … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 27 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Lhud 10:32-39
Salm: 36 (37):3-4,5-6,23-24,39-40

L-Evanġelju: Mk 4:26-34

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-folla: “Is-Saltna ta’ Alla hi bħal meta raġel ikun xeħet iż-żerriegħa fl-art. Rieqed jew imqajjem, billejl jew binhar, iż-żerriegħa tinbet u tikber, bla ma jaf kif. L-art trodd minnha nfisha l-ewwel il-barma, imbagħad is-sbula, imbagħad il-qamħ mimli fis-sbula. U meta l-frott isir, malajr il-bidwi jmidd idu għall-minġel, għax ikun wasal żmien il-ħsad”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 26 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Tim 1:1-8
Salm: 95:1-3,7-8a,10

L-Evanġelju: Lq 10:1-9

F’dak iż-żmien: Il-Mulej qabbad tnejn u sebgħin oħra u bagħathom tnejn tnejn qablu f’kull belt u post fejn kien sejjer hu. U qalilhom:

“Il-ħsad hu kbir, tassew, imma l-ħaddiema ftit. Itolbu mela ’l sid il-ħsad biex jibgħat ħaddiema għall-ħsad tiegħu. Morru! Araw, qiegħed nibgħatkom bħal ħrief qalb l-ilpup. Teħdux magħkom, la but, la ħorġa u lanqas qrieq, u fit-triq issellmu ’l ħadd… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 25 ta’ Jannar

Il-Konverżjoni tal-Appostlu Missierna San Pawl – Festa

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 22:3-16
Salm: 116:1-2

L-Evanġelju: Mk 16:15-18

F’dak iż-żmien: Ġesù wera ruħu lill-Ħdax, u qalilhom: “Morru fid-dinja kollha, xandru l-Bxara t-tajba lill-ħolqien kollu. Min jemmen u jitgħammed, isalva, iżda min ma jemminx, ikun ikkundannat. U dawn huma l-mirakli li jsieħbu ’l dawk li jemmnu: f’Ismi jkeċċu x-xjaten, jitkellmu b’ilsna ġodda, jaqbdu s-sriep b’idejhom, u jekk jixorbu xi xorb li jġib il-mewt ma jagħmlilhomx ħsara; iqiegħdu jdejhom fuq il-morda u dawn ifiqu.” Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 24 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Lhud 10:1-10
Salm: 39 (40):2 u 4ab,7-8a,10,11

L-Evanġelju: Mark 3:31-35

F’dak iż-żmien, ġew omm Ġesù u ħutu, baqgħu barra u bagħtu jsejħulu. Dak il-ħin kien hemm ħafna nies bilqiegħda madwaru. Qalulu: “Ara, ommok u ħutek qegħdin hemm barra u jriduk”.

U hu weġibhom: “Min huma ommi u ħuti?”. Imbagħad dawwar ħarstu fuq dawk li kien hemm madwaru bilqiegħda, u qal: “Dawn, ara, huma ommi u ħuti… Kompli aqra »