L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 12 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżek 47:1-9,12
Salm: 45 (46):2-3,5-6,8-9

L-Evanġelju: Ġw 5:1-3a,5-16

Wasal jum ta’ festa għal-Lhud, u Ġesù tela’ Ġerusalemm. F’Ġerusalemm, maġenb il-menqgħa tal-Bieb tan-Nagħaġ, hemm bini b’ħames loġoġ, li bil-Lhudi jgħidulu Betzata. F’dawn il-loġoġ kienet toqgħod kotra ta’ morda, għomja, zopop u mifluġin.

U kien hemm raġel li kien ilu tmienja u tletin sena marid. Ġesù rah qiegħed hemm, u meta sar jaf li kien ilu marid dak iż-żmien kollu qallu: “Trid tfiq?” Wieġbu l-marid: “Sinjur, ma għandix min jitfagħni fil-menqgħa xħin jitqanqal l-ilma, għax waqt li nkun sejjer jien ħaddieħor jinżel qabli.” Qallu Ġesù: “Qum, aqbad friexek u imxi!” Minnufih dak ir-raġel fieq, qabad friexu u beda miexi… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 11 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 65:17-21
Salm: 29 (30):2,4,5-6,11-12a,13b

L-Evanġelju: Ġw 4:43-54

F’dak iż-żmien, Ġesù telaq mis-Samarija lejn il-Galilija; għax Ġesù stess xehed li profeta ma għandux ġieħ f’pajjiżu. Mela meta wasal il-Galilija, il-Galilin laqgħuh tajjeb billi lkoll raw kulma kien għamel f’Ġerusalemm f’jum il-festa, għax huma wkoll kienu marru għall-festa.

U raġa’ ġie f’Kana tal-Galilija, fejn kien biddel l-ilma fi nbid… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 10 ta’ Marzu

Ir-Raba’ Ħadd tar-Randan
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Kron 36:14-16,19-23
Salm: 136 (137):1-2,3,4-5,6
It-Tieni Qari: Ef 2:4-10

L-Evanġelju: Ġw 3:14-21

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lil Nikodemu: “Kif Mosè rafa’ s-serp fid-deżert, hekk jeħtieġ li jkun merfugħ Bin il-bniedem,biex kull min jemmen fih ikollu l-ħajja ta’ dejjem.

Għax Alla hekk ħabb lid-dinja li ta lil Ibnu l-waħdieni, biex kull min jemmen fih ma jintilifx, iżda jkollu l-ħajja ta’ dejjem… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 9 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ħos 6:1-6
Salm: 50 (51):3-4,18-19,20-21ab

L-Evanġelju: Lq 18:9-14

F’dak iż-żmien, kien hemm uħud li kienu jafdaw fihom infushom li huma ġusti u kienu jmaqdru lill-oħrajn. Ġesù qalilhom din il-parabbola: “Żewġt irġiel, wieħed Fariżew u l-ieħor pubblikan, telgħu fit-tempju biex jitolbu.

Il-Fariżew, wieqaf, talab hekk f’qalbu: ‘O Alla, niżżik ħajr li m’iniex bħall-bqija tal-bnedmin, ħalliela, inġusti, żienja, jew ukoll bħal dan il-pubblikan… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 8 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ħos 14:2-10
Salm: 80 (81):6ċ-8a,8bċ-9,10-11ab,14 u 17

L-Evanġelju: Mk 12:28b-34

F’dak iż-żmien, wieħed mill-kittieba resaq fuq Ġesù u staqsieh: “Liema wieħed fost il-kmandamenti kollha huwa l-ewwel?” Ġesù wieġbu: “L-ewwel wieħed huwa dan: ‘Isma’ Iżrael! Il-Mulej, Alla tagħna, Mulej wieħed hu, u int għandek tħobb lill-Mulej, Alla tiegħek, b’qalbek kollha, b’ruħek kollha, b’moħħok kollu, u bil-qawwa tiegħek kollha.’ U t-tieni hu dan: ‘Ħobb lil għajrek bħalek innifsek.’ Ma hemmx kmandament ieħor akbar minn dawn.”

Qallu l-kittieb: “Sewwa qiegħed tgħid, Mgħallem; għandek raġun tgħid li wieħed hemm, u li ma hemmx ieħor ħliefu… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 7 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġer 7:23-28
Salm: 94 (95):1-2,6-7,8-9

L-Evanġelju: Lq 11:14-23

F’dak iż-żmien, Ġesù kien qiegħed ikeċċi xitan, li kien imbikkem. Meta x-xitan ħareġ, l-imbikkem tkellem, u n-nies stagħġbu. Iżda xi wħud minnhom qalu: “Bis-saħħa ta’ Begħelżebul, il-prinċep tax-xjaten, qiegħed ikeċċihom ix-xjaten.” Oħrajn, biex iġarrbuh, riedu mingħandu sinjal mis-sema.

Iżda hu ntebaħ x’kienet il-fehma tagħhom, u qalilhom: “Kull saltna maqsuma fiha nfisha ssir ħerba, u taqa’ dar fuq oħra… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 6 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Dewt 4:1,5-9
Salm: 147:12-13,15-16,19-20

L-Evanġelju: Mt 5:17-19

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Xejn taħsbu li ġejt inwaqqa’ l-Liġi jew il-Profeti; jiena ma ġejtx biex inwaqqagħhom, iżda biex inwassalhom għall-milja tagħhom. Tassew ngħidilkom, li sa ma jkunu għaddew is-sema u l-art anqas l-iżgħar ittra jew tikka waħda mil-Liġi ma titneħħa sa ma jkun seħħ kollox.

Jekk mela xi ħadd iġib fix-xejn wieħed mill-iżgħar minn dawn il-kmandamenti u jgħallem lin-nies biex jagħmlu l-istess, dan jissejjaħ l-iżgħar fis-Saltna tas-Smewwiet… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 5 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Dan 3:25,34-43
Salm: 24 (25):4bċ-5ab,6-7bċ,8-9

L-Evanġelju: Mt 18:21-35

F’dak iż-żmien, Pietru resaq lejn Ġesù u qallu: “Mulej, xi kemm-il darba jrid jonqosni ħija biex jiena naħfirlu? Sa seba’ darbiet?” Wieġbu Ġesù: “Ma ngħidlikx sa seba’ darbiet. Imma sa sebgħa u sebgħin darba.

Għalhekk is-Saltna tas-Smewwiet nistgħu nxebbhuha ma’ wieħed sultan, li ried jagħmel il-kontijiet mal-qaddejja tiegħu. Kif beda jagħmel dan, ħadulu quddiemu wieħed li kellu jagħtih għaxart elef talent… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 4 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Slat 5:1-15a
Salm: 41 (42):2,3; 42 (43):3,4

L-Evanġelju: Lq 4:24-30

F’dak iż-żmien, Ġesù ġie Nazaret, daħal fis-sinagoga u qal lill-ġemgħa: “Tassew, ngħidilkom, ebda profeta ma jilqgħuh tajjeb f’pajjiżu. Għax, ngħidilkom is-sewwa, kien hemm bosta romol f’Iżrael fi żmien Elija meta s-sema baqa’ tliet snin u sitt xhur magħluq u waqa’ ġuħ kbir fil-pajjiż kollu; madankollu għand ħadd minnhom ma ntbagħat Elija, imma għand waħda armla minn Sarefta ta’ Sidon… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 3 ta’ Marzu

It-Tielet Ħadd tar-Randan
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eż 20:1-17
Salm: 18 (19):8,9,10,11
It-Tieni Qari: 1 Kor 1:22-25

L-Evanġelju: Ġw 2:13-25

Kien qorob l-Għid tal-Lhud, u Ġesù tela’ Ġerusalemm. Fit-tempju sab min qiegħed ibigħ barrin, nagħaġ u ħamiem, u min kien bilqiegħda jsarraf il-flus. Għamel sawt mill-ħbula, u keċċiehom ilkoll ’il barra mit-tempju, bin-nagħaġ u l-barrin tagħhom; xerred il-flus ta’ dawk li kien jsarrfu, u qalbilhom l-imwejjed… Kompli aqra »