L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 23 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Lhud 9:15,24-28
Salm: 97 (98):1,2-3ab,3ċd-4,5-6

L-Evanġelju: Mark 3:22-30

F’dak iż-żmien, il-kittieba li kienu niżlu minn Ġerusalemm bdew jgħidu: “Dan Ġesù għandu fih lil Begħelżebul”, u wkoll: “Dan bis-saħħa tal-Prinċep tax-xjaten qiegħed ikeċċihom ix-xjaten”. Hu sejħilhom lejh u beda jkellimhom bil-parabboli: “Kif jista’ x-Xitan ikeċċi x-Xitan? Jekk saltna tinqasam fiha nfisha, dik is-saltna ma tistax iżżomm wieqfa… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 22 ta’ Jannar

It-Tielet Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Is 8:23b – 9:3
Salm: 26 (27):1,4,13-14
It-Tieni Qari: 1 Kor 1:10-13.17

L-Evanġelju: Mt 4:12-23

Meta Ġesù sama’ li kienu arrestaw lil Ġwanni, warrab lejn il-Galilija. Telaq minn Nażaret u mar joqgħod Kafarnahum, qrib il-baħar, fl-inħawi ta’ Żebulun u Naftali, biex hekk iseħħ dak li kien ingħad permezz tal-profeta Isaija, meta qal: “Art ta’ Żebulun, u art ta’ Naftali, it-triq tal-baħar, art ’il hemm mill-Ġordan, Galilija tal-ġnus! … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 21 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Lhud 9:2-3,11-14
Salm: 46 (47):2-3,6-7,8-9

L-Evanġelju: Mk 3:20-21

F’dak iż-żmien, Ġesù mar id-dar, u l-kotra reġgħet inġemgħet, hekk li anqas biss setgħu jieklu. Qrabatu, malli semgħu, ħarġu biex iżommuh, għax qalu li tilef moħħu.

Qaddisa tal-jum: Sant’Anjeże, verġni u martri Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 20 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Lhud 8:6-13
Salm: 84 (85):8 u 10,11-12,13-14

L-Evanġelju: Mk 3:13-19

F’dak iż-żmien, Ġesù tela’ fuq l-għolja u sejjaħ lejh lil dawk li ried. Huma resqu lejh, u għażel tnax li semmiehom appostli biex jibqgħu miegħu u biex jibgħathom jippritkaw, u jkollhom is-setgħa li jkeċċu x-xjaten.

Għażel mela t-Tnax: Xmun, li tah ukoll l-isem ta’ Pietru, u Ġakbu ta’ Żebedew, u Ġwanni, ħu Ġakbu, li tahom ukoll l-isem ta’ Boanerges, jiġifieri wlied ir-ragħad, u Indrì, u Filippu, u Bartilmew, u Mattew, u Tumas, u Ġakbu ta’ Alfew, u Taddew, u Xmun il-Kanani, u Ġuda l-Iskarjota, dak li ttradieh… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 19 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Lhud 7:25 – 8:6
Salm: 39 (40):7-8a,8b-9,10,17

L-Evanġelju: Mk 3:7-12

F’dak iż-żmien, Ġesù telaq flimkien mad-dixxipli tiegħu għan-naħa tal-baħar, u kotra kbira mill-Galilija marret warajh; u mil-Lhudija, minn Ġerusalemm, mill-Idumija, min-naħa l-oħra tal-Ġordan, u mill-inħawi ta’ Tir u Sidon, kotra kbira ta’ nies, li semgħu b’kulma kien għamel, marru ħdejh.

Hu qal lid-dixxipli tiegħu biex iżommulu dgħajsa mħejjija fil-qrib minħabba l-kotra, biex ma jagħfsux fuqu; għax billi kien fejjaq ħafna nies dawk kollha li kellhom xi mard kienu jrossu fuqu biex imissuh… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 18 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Lhud 7:1-3,15-17
Salm: 109 (110):1,2,3,4

L-Evanġelju: Mk 3:1-6

F’dak iż-żmien, Ġesù raġa’ daħal fis-sinagoga, u kien hemm raġel li kellu idu niexfa. U qagħdu jgħassulu jekk ifejqux f’jum is-Sibt, biex ikollhom fuqiex jixluh. Imma hu qal lir-raġel li kellu idu niexfa: “Qum, ejja fin-nofs”. Imbagħad staqsa lilhom: “X’jiswa li tagħmel nhar ta’ Sibt, ġid jew deni? … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 17 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Lhud 6:10-20
Salm: 110 (111):1-2,4-5,9 u 10ċ

L-Evanġelju: Mk 2:23-28

F’dak iż-żmien, f’jum is-Sibt Ġesù kien għaddej minn għalqa miżrugħa, u d-dixxipli tiegħu, huma u mexjin, bdew jaqtgħu s-sbul. U l-Fariżej staqsewh: “Ara! Għaliex qegħdin jagħmlu dak li ma jiswiex nhar ta’ Sibt?”.

U hu qalilhom: “Qatt ma qrajtu x’għamel David meta kien fil-ħtieġa u ħadu l-ġuħ, hu u dawk li kienu miegħu, kif daħal fid-dar ta’ Alla, fi żmien il-qassis il-kbir Abjatar, u kiel il-ħobż tal-preżenza ta’ quddiem il-Mulej, li ħadd ma kien jista’ jieklu ħlief il-qassisin, u ta minnu wkoll lil min kien miegħu!”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 16 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Lhud 5:1-10
Salm: 109 (110):1,2,3,4

L-Evanġelju: Mk 2:18-22

Darba waħda d-dixxipli ta’ Ġwanni u l-Fariżej kienu sajmin, u ġew u qalu lil Ġesù: “Għaliex id-dixxipli ta’ Ġwanni u d-dixxipli tal-Fariżej isumu, u d-dixxipli tiegħek ma jsumux?”. Qalilhom Ġesù: “Huwa l-ħbieb tal-għarus se jsumu sakemm l-għarus ikun għadu magħhom? Sakemm ikollhom l-għarus magħhom mhumiex se jsumu. Imma jasal il-jum meta l-għarus jitteħdilhom, u mbagħad isumu dakinhar… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 15 ta’ Jannar

It-Tieni Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Is 49:3,5-6
Salm: 39 (40):2,4ab,7-8a,8b-9,10
It-Tieni Qari: 1 Kor 1:1-3

L-Evanġelju: Ġw 1:29-34

F’dak iż-żmien, Ġwanni, ra lil Ġesù riesaq lejh, u qal: “Araw il-Ħaruf ta’ Alla, li jneħħi d-dnub tad-dinja. Dan hu li għalih għedtilkom: “Warajja ġej bniedem li hu aqwa minni, għax kien qabli”. Anqas jien stess ma kont nafu, imma jien għalhekk ġejt ngħammed bl-ilma, biex hu jkun mgħarraf lil Iżrael”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 14 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Lhud 4:12-16
Salm: 18 (19):8,9,10,15

L-Evanġelju: Mk 2:13-17

F’dak iż-żmien, Ġesù raġa’ ħareġ lejn xatt il-baħar, u n-nies kollha resqu lejh, u hu qagħad jgħallimhom. Hu u għaddej lemaħ lil Levi ta’ Alfew bilqiegħda quddiem il-mejda tat-taxxi u qallu: “Ejja warajja”. Dak qam u mar warajh. U ġara li kif kien fuq il-mejda fid-dar tiegħu, bosta pubblikani u midinbin qagħdu madwar il-mejda ma’ Ġesù, u mad-dixxipli tiegħu; għax kien hemm ħafna li bdew imorru warajh… Kompli aqra »