L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 5 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 35:1-10
Salm: 84 (85):9ab-10,11-12,13-14

L-Evanġelju: Lq 5:17-26

Jum fost l-oħrajn Ġesù kien qiegħed jgħallem. Kien hemm bilqiegħda madwaru xi Fariżej u għorrief tal-Liġi li kienu ġew mill-irħula kollha tal-Galilija u l-Lhudija u minn Ġerusalemm. Il-qawwa tal-Mulej kienet fih biex ifejjaq. U ġew xi rġiel iġorru wieħed mifluġ fuq mitraħ; huma bdew ifittxu li jdaħħluh ġewwa u jqegħduhulu quddiemu, iżda minħabba l-folla ma sabux minn fejn setgħu jidħlu bih… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 4 ta’ Diċembru

It-Tieni Ħadd tal-Avvent
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 11:1-10
Salm: 71(72):1,7-8,12-13,17
It-Tieni Qari: Rum 15:4-9

L-Evanġelju: Mt 3:1-12

F’dawk il-jiem, deher Ġwanni l-Battista jipprietka fid-deżert tal-Lhudija u jgħid: “Indmu, għax is-saltna tas-smewwiet waslet”. Għax għalih kien ingħad permezz tal-profeta Iżaija, meta qal: “Leħen ta’ wieħed jgħajjat fid-deżert: Ħejju t-triq tal-Mulej, iddrittaw il-mogħdijiet tiegħu”.

Dan Ġwanni kellu fuqu libsa tax-xagħar tal-ġemel, bi ħżiem tal-ġild madwar qaddu, u l-ikel tiegħu kien ġradijiet u għasel selvaġġ… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 3 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 30:19-21,23-26
Salm: 146 (147):1-2,3-4,5-6

L-Evanġelju: Mt 9:35 – 10:1,6-8

F’dak iż-żmien, Ġesù dar l-ibliet kollha u l-irħula jgħallem fis-sinagogi, ixandar l-Evanġelju tas-Saltna, u jfejjaq kull xorta ta’ mard u ’l kull min kien nieqes minn saħħtu. Ra n-nies u tħassarhom, għax kienu mdejqa u mitluqa bħal nagħaġ bla ragħaj. Imbagħad qal lid-dixxipli tiegħu: “Il-ħsad huwa kbir, iżda l-ħaddiema ftit… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 2 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 29:17-24
Salm: 26 (27):1,4,13-14

L-Evanġelju: Mt 9:27-31

F’dak iż-żmien, waqt li Ġesù kien sejjer minn hemm marru warajh żewġ għomja jgħajtu u jgħidu: “Bin David, ħenn għalina!”. Meta mbagħad daħal id-dar, l-għomja resqu lejh u Ġesù qalilhom: “Temmnu intom li jien nista’ nagħmlu dan?”. Qalulu: “Iva, Mulej”. Imbagħad messilhom għajnejhom u qal: “Mela ħa jsirilkom skont il-fidi tagħkom”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 1 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 26:1-6
Salm: 117 (118):1 u 8-9,19-21,25-27a

L-Evanġelju: Mt 7:21,24-27

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Mhux kull min jgħidli: “Mulej, Mulej”, jidħol fis-Saltna tas-Smewwiet, iżda min jagħmel ir-rieda ta’ Missieri li hu fis-smewwiet.

Għalhekk, kull min jisma’ dan kliemi u jagħmel li qiegħed ngħid jien, isir jixbah lil bniedem għaqli li bena daru fuq il-blat… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 30 ta’ Novembru

Sant’Andrija, Appostlu – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Rum 10:9-18
Salm: 18:2-5

L-Evanġelju: Mt 4:18-22

F’dak iż-żmien: Huwa u jdur ma’ xatt il-baħar tal-Galilija, Ġesù lemaħ żewġ aħwa, Xmun, jgħidulu Pietru, u Indrì ħuh, qegħdin ikalaw ix-xbiek il-baħar, għax kienu sajjieda. U qalilhom: “Ejjew warajja, u nagħmilkom sajjieda tal-bnedmin”.

U minnufih telqu x-xbiek, u marru warajh. Wara li mexa minn hemm, ra żewġ aħwa oħra, Ġakbu ta’ Żebedew u ħuh Ġwanni, qegħdin fid-dgħajsa ma’ missierhom, Żebedew, iħejju x-xbiek tagħhom; u sejħilhom… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 29 ta’Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 11:1-10
Salm: 71 (72):2,7-8,12-13,17

L-Evanġelju: Lq 10:21-24

F’dak iż-żmien, Ġesù tqanqal bil-ferħ mill-Ispirtu s-Santu u qal: “Infaħħrek, Missier, Sid is-sema u l-art, għax int dawn il-ħwejjeġ ħbejthom lil min għandu l-għerf u d-dehen u wrejthom liċ-ċkejknin. Iva, Missier, għax lilek hekk għoġbok. Kollox kien mogħti lili minn Missieri, u ħadd ma jagħraf min hu l-Iben ħlief il-Missier, anqas min hu l-Missier ħlief l-Iben u dak li lilu l-Iben irid jgħarrafhulu”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 28 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 4:2-6
Salm: 121 (122):1-2,3-4a,4b-5,6-7,8-9

L-Evanġelju: Mt 8:5-11

F’dak iż-żmien, Ġesù daħal Kafarnahum, u resaq fuqu wieħed ċenturjun jitolbu bil-ħerqa u jgħidlu: “Sinjur, id-dar għandi l-qaddej mixħut, mifluġ u batut wisq”. Qallu Ġesù: “Niġi jien infejqu”.

Qallu ċ-ċenturjun: “Sinjur, ma jistħoqqlix li tidħol taħt is-saqaf tiegħi. Iżda int għid kelma biss, u l-qaddej tiegħi jfiq… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 27 ta’ Novembru

L-Ewwel Ħadd tal-Avvent
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 2:1-5
Salm: 121(122):1-2,4-5,6-7,8-9
It-Tieni Qari: Rum 13:11-14a

L-Evanġelju: Mt 24:37-44

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Bħal fi żmien Noè, hekk tkun il-miġja ta’ Bin il-bniedem. Għax kif fiż-żmien ta’ qabel id-dilluvju kienu jieklu u jixorbu, jiżżewġu u jżewġu sa dakinhar li Noè daħal fl-arka, u b’xejn ma ntebħu sa ma wasal id-dilluvju u ġarr lil kulħadd, hekk tkun il-miġja ta’ Bin il-bniedem… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 26 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Apok 22:1-7
Salm: 94 (95):1-2,3-5,6-7

L-Evanġelju: Lq 21:34-36

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Oqogħdu attenti, u qisu li l-ikel u x-xorb żejjed u s-sokor ma jmewtulkomx qalbkom, u tħallux li l-ħafna tħassib għall-ħtiġiet tal-ħajja jeħdilkom raskom, li ma ssibuhx dak il-Jum fuqkom għal għarrieda. Għax hu Jum li għad jaqa’ bħal nassa fuq kull min jgħammar fuq wiċċ l-art kollha… Kompli aqra »