L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 26 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġob 1:6-22
Salm: 16 (17):1,2-3,6-7

L-Evanġelju: Lq 9:46-50

F’dak iż-żmien, qamet kwistjoni bejn id-dixxipli dwar min kien l-akbar fosthom. Ġesù għaraf x’kellhom f’moħħhom, u ressaq tifel żgħir lejh, qiegħdu maġenbu, u qalilhom: “Min jilqa’ lil dan it-tifel żgħir minħabba f’ismi, ikun jilqa’ lili; u min jilqa’ lili, ikun jilqa’ lil dak li bagħatni. Għax min hu l-iżgħar fostkom ilkoll, dak hu l-kbir”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 25 ta’ Settembru

Is-Sitta u Għoxrin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Għam 6:1a. 4-7
Salm: 145 (146):7,8-9a,9bċ-10
It-Tieni Qari: 1 Tim 6:11-16

L-Evanġelju: Lq 16:19-31

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-fariżej: “Mela kien hemm raġel għani, jilbes il-porpra u għażel mill-ifjen; l-hena tiegħu kien li kuljum jagħmel ikla mill-aħjar. U wieħed fqir jismu Lazzru, li kellu ġismu ġerħa waħda, kien imur jinxteħet ħdejn il-bieb ta’ daru, bix-xewqa li jixba’ b’dak li jaqa’ mill-mejda tal-għani… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 24 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Koħ 11:9 – 12:8
Salm: 89 (90):3-4,5-6,12-13,14 u 17

L-Evanġelju: Lq 9:43b-45

F’dak iż-żmien, waqt li kulħadd kien imnixxef bil-għaġeb quddiem il-kobor liema bħalu ta’ Alla, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Iftħu widnejkom sewwa għal dawn il-kelmiet: Bin il-bniedem għandu jkun mogħti f’idejn il-bnedmin”.

Iżda huma ma fehmuhx dan il-kliem, u baqa’ mistur għalihom hekk li ma qabdu xejn minnu, u beżgħu jistaqsuh dwar dak li kien qal… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 23 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Koħ 3:1-11
Salm: 42 (43):1,2,3,4

L-Evanġelju: Lq 9:18-22

Darba, waqt li Ġesù kien qiegħed jitlob waħdu, kien hemm miegħu d-dixxipli tiegħu, u hu staqsiehom: “Min jgħidu n-nies li jien?” Huma weġbuh u qalulu: “Ġwanni l-Battista; oħrajn, Elija; u oħrajn, li qam wieħed mill-profeti tal-imgħoddi”.

Qalilhom: “Imma intom min tgħidu li jien?” Qabeż Pietru u qallu: “Inti l-Messija ta’ Alla”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 22 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Koħ 1:2-11
Salm: 89 (90):3-4,5-6,12-13,14 u 17

L-Evanġelju: Lq 9:7-9

F’dak iż-żmien, dawn il-ġrajja kollha waslu f’widnejn Erodi t-tetrarka u beda jitħasseb, għaliex xi wħud kienu qegħdin jgħidu li Ġwanni qam mill-imwiet, waqt li oħrajn qalu li deher Elija, u oħrajn li qam wieħed mill-profeti tal-imgħoddi.

Iżda Erodi qal: “Lil Ġwanni qtajtlu rasu; mela min hu dan li fuqu qiegħed nisma’ dan kollu?” U beda jfittex li jarah… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 21 ta’ Settembru

San Mattew, appostlu u evanġelista – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Efesin 4:1-7,11-13
Salm: 18:2-5

L-Evanġelju: Mt 9:9-13

F’dak iż-żmien: Huwa u għaddej Ġesù ra wieħed bilqiegħda quddiem il-mejda tat-taxxi; kien jismu Mattew. “Ejja warajja”, qallu. Dak qam u mar warajh. U ġara li, kif qagħad għandu għall-mejda ma’ Ġesù u d-dixxipli tiegħu, rawh il-Fariżej, u qalu lid-dixxipli tiegħu: “Għaliex jiekol mal-pubblikani u l-midinbin l-Imgħallem tagħkom”? … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 20 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Prov 21:1-6,10-13
Salm: 118 (119):1,27,30,34,35,44

L-Evanġelju: Lq 8:19-21

F’dak iż-żmien, ġew għal Ġesù ommu u ħutu, iżda ma setgħux jersqu lejh minħabba l-folla. Xi ħadd qallu: “Ommok u ħutek qegħdin hawn barra u jridu jarawk”.

Iżda hu weġibhom: “Ommi u ħuti huma dawk li jisimgħu l-kelma ta’ Alla u jagħmlu li jgħid Hu”.

Qaddisin tal-jum: San Andrija Kim Taegon, presbiteru u San Pawl Chong Hasang u sħabhom martri
Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 19 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Prov 3:27-34
Salm: 14 (15):2-3ab,3ċd-4ab,5

L-Evanġelju: Lq 8:16-18

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-folla: “Ħadd ma jixgħel musbieħ u jgħattih b’għatu jew iqiegħdu taħt sodda, imma jqiegħdu fuq l-imnara, biex kull min jidħol ġewwa jara d-dawl. Għax ma hemm xejn moħbi li ma għadx jidher, u xejn ma hemm mistur li ma għadx jingħaraf u jinġieb għad-dawl… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 18 ta’ Settembru

Il-Ħamsa u Għoxrin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Għam 8:4-7
Salm: 112 (113):1-2,4-6,7-8
It-Tieni Qari: 1 Tim 2:1-8

L-Evanġelju: Lq 16:1-13

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Kien hemm raġel għani li kellu amministratur, u lil dan xlewh lil sidu li kien qiegħed iberbaqlu ġidu. Għalhekk is-sid sejjaħlu u qallu: “Dan x’inhu li qiegħed nisma’ fuqek? … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 17 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Kor 15:35-37,42-49
Salm: 55 (56):10,11-12,13-14

L-Evanġelju: Lq 8:4-15

F’dak iż-żmien, inġemgħet kotra kbira ta’ nies li kienu ġejjin lejn Ġesù minn kull belt, u hu qalilhom din il-parabbola: “Wieħed bidwi ħareġ jiżra’ ż-żerriegħa li kellu. Huwa u jiżra’, xi żerrigħat waqgħulu mal-mogħdija u ntrifsu, u l-għasafar tal-ajru naqqruhom kollha. Oħrajn waqgħu fuq il-blat, u nibtu u nixfu, għax tira ma kellhomx… Kompli aqra »