L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 16 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Kor 15:12-20
Salm: 16 (17):1,6-7,8b u 15

L-Evanġelju: Lq 8:1-3

F’dak iż-żmien, Ġesù qagħad idur l-ibliet u r-rħula, jipprietka u jxandar l-Evanġelju tas-Saltna ta’ Alla.

Kellu miegħu t-Tnax u xi nisa li kien fejjaqhom mill-ispirti ħżiena u mill-mard: Marija, li kienu jgħidulha ta’ Magdala, li minnha kienu ħarġu seba’ xjaten, Ġwanna, mart Ħuża, prokuratur ta’ Erodi, Susanna, u ħafna oħrajn, li kienu jaqduhom minn ġidhom… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 15 ta’ Settembru

Il-Verġni Mqaddsa Marija tad-Duluri – Tifkira
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Lhud 5:7-9
Salm: 30:2-6,15-16,20

L-Evanġelju: Ġw 19:25-27

Kien hemm wieqfa ħdejn is-salib ta’ Ġesù, ommu, oħt ommu, Marija ta’ Kleofa u Marija ta’ Magdala. Mela kif Ġesù lemaħ lil ommu u lid-dixxiplu li kien iħobb wieqaf ħdejha, qal lil ommu: “Mara, hemm hu ibnek”. Imbagħad qal lid-dixxiplu: “Hemm hi ommok.” U minn dak il-ħin id-dixxiplu ħadha għandu… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 14 ta’ Settembru

L-Eżaltazzjoni tas-Salib Imqaddes – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Numri 21:4b-9
Salm: 77:1-2,34-38
It-Tieni Qari: Fil 2:6-11

L-Evanġelju: Ġw 3:13-17

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lil Nikodemu: “Ħadd ma tela’ s-sema ħlief Bin il-bniedem, li niżel mis-sema. U kif Mosè rafa’ s-serp fid-deżert, hekk jeħtieġ li jkun merfugħ Bin il-bniedem, biex kull min jemmen fih ikollu l-ħajja ta’ dejjem… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 13 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Kor 12:12-14,27-31a
Salm: 100 (101):1-2ab,2ċd-3ab,5,6

L-Evanġelju: Lq 7:11-17

F’dak iż-żmien, Ġesù mar f’belt jisimha Najn, u marru miegħu d-dixxipli tiegħu u kotra kbira ta’ nies. Kif wasal qrib il-bieb tal-belt, kienu qegħdin iġorru wieħed mejjet li ommu, mara armla, ma kellhiex ħliefu; u magħha kien hemm għadd ġmielu ta’ nies mill-belt. Kif raha l-Mulej tħassarha u qalilha: “Tibkix!”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 12 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Kor 11:17-26,33
Salm: 39 (40):7-8a,8b-9,10,17

L-Evanġelju: Lq 7:1-10

F’dak iż-żmien, Ġesù, meta spiċċa jgħid lin-nies kulma kellu jgħidilhom, daħal Kafarnahum. U jkun hemm ċenturjun li kellu qaddej għażiż ħafna għalih, li kien marid u wasal fl-aħħar. Iċ-ċenturjun sama’ b’Ġesù u bagħatlu xi wħud mix-xjuħ tal-Lhud biex jitolbuh jiġi jfejjaqlu l-qaddej. Dawk marru quddiem Ġesù u bdew jitolbuh b’ħerqa kbira u jgħidulu: “Jixraqlu li tagħmillu dan, għax hu jgħożż il-ġens tagħna, u kien hu li bnielna s-sinagoga”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 11 ta’ Settembru

L-Erbgħa u Għoxrin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eż 32:7-11,13-14
Salm: 50 (51):3-4,12-13,17 u 19
It-Tieni Qari: 1 Tim 1:12-17

L-Evanġelju: Lq 15:1-32

F’dak iż-żmien, il-pubblikani u l-midinbin kienu jersqu lejn Ġesù bi ħġarhom biex jisimgħuh. U kemm il-fariżej u kemm il-kittieba kienu jgemgmu u jgħidu: “Nies midinba jilqa’ għandu dan u jiekol magħhom”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 10 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Kor 10:14-22
Salm: 115 (116):12-13,17-18

L-Evanġelju: Lq 6:43-49

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Ma hemmx siġra tajba li tagħmel frott ħażin, kif anqas ma hemm siġra ħażina li tagħmel frott tajjeb. Kull siġra mill-frott tagħha tingħaraf. Ħadd ma jiġbor it-tin mix-xewk, anqas l-għeneb mill-għolliq. Il-bniedem tajjeb mit-teżor tajjeb ta’ qalbu joħroġ it-tajjeb, u l-bniedem ħażin mit-teżor ħażin tiegħu joħroġ il-ħażin, għax mill-abbundanza tal-qalb jitkellem il-fomm… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 9 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Kor 9:16-19,22b-27
Salm: 83 (84):3,4,5-6,12

L-Evanġelju: Lq 6:39-42

F’dak iż-żmien, Ġesù qal parabbola lid-dixxipli tiegħu: “Jista’ agħma jmexxi agħma ieħor? Mhux it-tnejn jaqgħu fil-ħofra? Id-dixxiplu mhuwiex aqwa mill-imgħallem tiegħu; imma kull min itemm it-taħriġ tiegħu jsir bħall-imgħallem tiegħu.

Għax tara t-tibna f’għajn ħuk, u ma tarax it-travu li għandek f’għajnek int? Kif tista’ tgħidlu lil ħuk: “Ħi, ejja nneħħilek it-tibna li għandek f’għajnek”, meta m’intix tara t-travu li għandek f’għajnek int? … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 8 ta’ Settembru

It-Twelid tal-Imqaddsa Verġni Marija – Solennita’
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Mikea 5:1-4a
Salm: 12:6
It-Tieni Qari: Rum 8:28-30

L-Evanġelju: Mt 1:1-16,18-23

Ktieb in-nisel ta’ Ġesù Kristu, Bin David, bin Abraham. Abraham nissel ’l Iżakk, Iżakk nissel ’il Ġakobb, Ġakobb nissel ’il Ġuda u ’l ħutu, Ġuda nissel ’l Aram, Aram nissel ’il Għaminadab, Għaminadab nissel ’il Naħson, Naħson nissel ’il Salmon, Salmon nissel ’il Bogħoż, minn Raħab, Bogħoż nissel ’il Għobed, minn Rut, Għobed nissel ’il Ġesse… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 7 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Kor 7:25-31
Salm: 44 (45):11-12,14-15,16-17

L-Evanġelju: Lq 6:20-26

F’dak iż-żmien, Ġesù rafa’ għajnejh lejn id-dixxipli tiegħu u qal: “Henjin intom il-foqra, għax tagħkom hija s-Saltna ta’ Alla. Henjin intom li għalissa bil-ġuħ, għax għad tkunu mxebbgħin. Henjin intom li għalissa tibku, għax għad tithennew. Henjin intom meta minħabba Bin il-bniedem in-nies jobogħdukom, jaqtgħukom minn magħhom, jgħajrukom u jwarrbu isimkom bħallikieku kien xi ħaġa ħażina… Kompli aqra »