L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 18 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżek 36:23-28
Salm: 50 (51):12-13,14-15,18-19

L-Evanġelju: Mt 22:1-14

F’dak iż-żmien, Ġesù raġa’ qabad ikellem lill-kbarat tal-qassisin u lill-fariżej bil-parabboli u qalilhom: “Is-Saltna tas-smewwiet tixbah lil wieħed sultan li għamel festa għat-tieġ ta’ ibnu. U bagħat għall-mistednin mal-qaddejja tiegħu biex jiġu għall-festa; imma dawk ma ridux jiġu. U reġa’ bagħat qaddejja oħra, u qalilhom: “Għidu lill-mistednin: Ara, il-mejda tiegħi lesta; il-barrin u l-għoġiela msemmna diġà maqtula u kollox lest; ejjew għall-festa”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 17 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżek 34:1-11
Salm: 22 (23):1-3a.3b-4.5.6

L-Evanġelju: Mt 20:1-16a

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu din il-parabbola: “Ara, is-Saltna tas-Smewwiet tixbah lil wieħed sid li ħareġ filgħodu kmieni ħafna biex isib nies tax-xogħol u jħaddimhom fl-għalqa tiegħu tad-dwieli. Ftiehem ma’ xi ħaddiema b’dinar kuljum u bagħathom l-għalqa. Ħareġ ukoll madwar it-tielet siegħa, ra oħrajn qegħdin fil-pjazza, bla xogħol, u qalilhom: “Morru intom ukoll l-għalqa, u nagħtikom li jkun ħaqqkom”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 16 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżek 28:1-10
Salm: Dewt 32:26-27ab.27ċd-28.30.35ċd-36ab

L-Evanġelju: Mt 19:23-30

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Tassew ngħidilkom li l-għani se jsibha iebsa biex jidħol fis-Saltna tas-Smewwiet! Iva, nerġa’ ngħidilkom, eħfef li ġemel jgħaddi minn għajn ta’ labra milli wieħed għani jidħol fis-Saltna tas-Smewwiet.”

Id-dixxipli stagħġbu ħafna meta semgħu dan, u qalu: “Mela min jista’ jsalva?” Ġesù ħares lejhom u qalilhom: “Għall-bnedmin dan ma jistax ikun; għal Alla kollox jista’ jkun.”

Imbagħad qabeż Pietru u qallu: “Tajjeb! … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 15 ta’ Awwissu

L-Imqaddsa Marija Mtellgħa s-Sema – Solennita’
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Apok 11:19a; 12: 1-6a,10ab
Salm: 44:10bc,11-12ab,16
It-Tieni Qari: 1 Kor 15:20-26

L-Evanġelju: Lq 1:39-56

F’dawk il-ġranet Marija qamet u marret tħaffef lejn il-għoljiet, f’belt tal-Lhudija. Daħlet għand Żakkarija u sellmet lil Eliżabetta. Malli Eliżabetta semgħet ’il Marija ssellmilha, it-tarbija qabżet fi ħdanha, u Eliżabetta mtliet bl-Ispirtu s-Santu; u nfexxet f’għajta kbira u qalet: “Imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek! … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 14 ta’ Awwissu

L-Għoxrin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġer 38:4-6,8-10 3
Salm: 39(40):2,3,4,18
It-Tieni Qari: Lhud 12:1-4

L-Evanġelju: Lq 12:49-53

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Nar ġejt inqiegħed fuq l-art, u kemm nixtieq li diġà qabad! Iżda hemm magħmudija li biha għandi nitgħammed, u x’diqa għandi sa ma dan iseħħ! Taħsbu intom li jien ġejt inġib il-paċi fid-dinja? … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 13 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżek 18:1-10,13b,30-32
Salm: 50 (51):12-13,14-15,18-19

L-Evanġelju: Mt 19:13-15

F’dak iż-żmien, ressqu quddiem Ġesù xi tfal żgħar biex iqiegħed idejh fuqhom u jitlob għalihom. Iżda d-dixxipli qabdu jgħajtu magħhom.

U Ġesù qalilhom: “Ħalluhom it-tfal iż-żgħar jiġu għandi, u la żżommuhomx, għax ta’ min hu bħalhom hija s-Saltna tas-Smewwiet”.

Imbagħad qiegħed idejh fuqhom u telaq minn hemm… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 12 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżek 16:1-15,60,63
Salm: Iż 12:2-3,4bċd,5-6

L-Evanġelju: Mt 19:3-12

F’dak iż-żmien, resqu fuq Ġesù xi Fariżej biex iġarrbuh, u qalulu: “Jista’ wieħed jitlaq lil martu fuq xi ħaġa, tkun xi tkun?”. Iżda hu qalilhom: “Ma qrajtux li sa mill-bidu l-Ħallieq għamilhom raġel u mara, u qal: “Minħabba f’hekk raġel iħalli lil missieru u ’l ommu u jingħaqad ma’ martu u t-tnejn isiru ġisem wieħed”? … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 11 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżek 12:1-12
Salm: 77 (78):56-57,58-59,61-62

L-Evanġelju: Mt 18:21 – 19:1

F’dak iż-żmien, Pietru resaq lejn Ġesù u qallu: “Mulej, xi kemm-il darba jrid jonqosni ħija biex jiena naħfirlu? Sa seba’ darbiet?”. U Ġesù wieġbu: “Ma ngħidlikx sa seba’ darbiet, imma sa sebgħa u sebgħin darba. Għalhekk is-Saltna tas-Smewwiet nistgħu nxebbhuha ma’ wieħed sultan, li ried jagħmel il-kontijiet mal-qaddejja tiegħu… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 10 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Kor 9:6-10
Salm: 111:1-2,5-9

L-Evanġelju: Ġw 12: 24-26

F’dak iż-żmien: Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Fis-sewwa, fis-sewwa ngħidilkom, jekk il-ħabba tal-qamħ ma taqax fl-art u tmut, hi tibqa’ weħidha; imma jekk tmut, tagħmel ħafna frott.

Min iħobb ’il ħajtu jitlifha; imma min jobgħod ’il ħajtu f’did-dinja iżommha sħiħa għall-ħajja ta’ dejjem. Jekk xi ħadd irid jaqdini, dan għandu jimxi warajja, u fejn inkun jien, hemm ikun il-qaddej tiegħi… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 9 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ħos 2:16b,17b,21-22
Salm: 44:11-12,14-17

L-Evanġelju: Mt 25:1-13

F’dak iż-żmien: Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu din il-parabbola: “Is-Saltna tas-Smewwiet issir tixbah lil għaxar xebbiet li ħarġu bl-imsiebaħ tagħhom biex jilqgħu l-għarus. Ħamsa minnhom kienu boloh u ħamsa għaqlin, għax il-boloh ħadu l-imsiebaħ u ma ħadux żejt magħhom, waqt li l-għaqlin ħadu mhux biss l-imsiebaħ, iżda wkoll iż-żejt fil-kwies… Kompli aqra »