L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 8 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżek 1:2-5,24-28ċ
Salm: 148:1-2,11-12ab,12ċ-14a,14bċd

L-Evanġelju: Mt 17:22-27

F’dak iż-żmien, meta kienu flimkien fil-Galilija, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Bin il-bniedem għandu jkun mogħti f’idejn il-bnedmin u joqtluh, u fit-tielet jum iqum”. U huma sewdu qalbhom ħafna. Reġgħu daħlu Kafarnahum, u resqu fuq Pietru dawk li jiġbru t-taxxa għat-tempju, u qalulu: “L-imgħallem tagħkom ma jħallashiex it-taxxa?”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 7 ta’ Awwissu

Id-Dsatax-il Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Għerf 18:6-9
Salm: 32 (33):1,12,18-19,20,22
It-Tieni Qari: Lhud 11:1-2,8-19

L-Evanġelju: Lq 12:32-48

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Le, merħla ċkejkna, tibżgħu xejn, għax Missierkom għoġbu jagħtikom is-Saltna! Bigħu ġidkom u agħtuh karità u fittxu għalikom infuskom boroż li ma jitmermrux, teżor li ma jiġix nieqes fis-sema, fejn la l-ħalliel ma jersaq u lanqas il-kamla ma tħassar… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 6 ta’ Awwissu

It-Trasfigurazzjoni tal-Mulej – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Dan 7:9-10,13-14
Salm: 96:1-2,5-6,9
It-Tieni Qari: 2 Pietru 1: 16-19
L-Evanġelju: Mt 17:1-9

Sitt ijiem wara, Ġesù ħa miegħu lil Pietru u ’l Ġakbu u ’l ħuh Ġwanni, tellagħhom fuq muntanja għolja weħidhom, u tbiddel quddiemhom. Wiċċu sar jiddi bħax-xemx, u lbiesu sar abjad bħad-dawl. U dehrulhom Mosè u Elija jitħaddtu miegħu. Qabeż Pietru u qal lil Ġesù: “Mulej, kemm hu sew li aħna hawn! … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 5 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Naħum 2:1,3; 3:1-3,6-7
Salm: Dewt 32:35ċd-36ab,39abċd,41

L-Evanġelju: Mt 16:24-28

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Jekk xi ħadd irid jiġi warajja, għandu jiċħad lilu nnifsu, jerfa’ salibu, u jimxi warajja. Għax min irid isalva ħajtu, jitlifha, imma min jitlef ħajtu għall-imħabba tiegħi, isibha.

Għax xi jkun jiswielu l-bniedem jekk jikseb id-dinja kollha u mbagħad jitlef ħajtu? … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 4 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġer 31:31-34
Salm: 50 (51):12-13,14-15,18-19

L-Evanġelju: Mt 16:13-23

F’dak iż-żmien, Ġesù wasal fl-inħawi ta’ Ċesarija ta’ Filippu, u staqsa lid-dixxipli tiegħu u qalilhom: “Min jgħidu n-nies li hu Bin il-bniedem?”. U huma weġbuh: “Xi wħud, Ġwanni l-Battista; oħrajn, Elija; u oħrajn, Ġeremija jew wieħed mill-profeti”. “Imma intom min tgħidu li jien?”, staqsiehom. U qabeż Xmun Pietru u qallu: “Inti l-Messija, Bin Alla l-ħaj”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 3 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġer 31:1-7
Salm: Ġer 31:10,11-12ab,13

L-Evanġelju: Mt 15:21-28

F’dak iż-żmien, Ġesù ħareġ minn hemm u telaq lejn Tir u Sidon. U ħarġet waħda mara Kangħanija minn dawk l-inħawi, u qabdet tgħajjat u tgħid: “Ħenn għalija, Mulej, Bin David! Binti għandha fiha xitan, u magħdura ħafna”. Iżda hu ma weġibhiex kelma.

Resqu lejh id-dixxipli tiegħu, jitolbuh u jgħidulu: “Eħles minnha, għax ġejja tgħajjat warajna”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 2 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġer 30:1-2,12-15,18-22
Salm: 101 (102):16-18,19-21,29 u 22-23

L-Evanġelju: Mt 14:22-36

Wara li l-folla kielet, Ġesù minnufih ġiegħel lid-dixxipli jitilgħu fuq id-dgħajsa u jmorru qablu x-xatt l-ieħor, sakemm jibgħat lin-nies. Wara li bagħat lin-nies, tela’ waħdu fuq l-għoljiet biex jitlob. Xħin sar filgħaxija kien għadu hemm fuq, waħdu. Id-dgħajsa kienet diġà f’nofs il-baħar titħabat mal-mewġ, għax kellhom ir-riħ kontra tagħhom… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 1 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġer 28:1-17
Salm: 118 (119):29,43,79,80,95,102

L-Evanġelju: Mt 14:22-36

Wara li l-folla kielet, Ġesù minnufih ġiegħel lid-dixxipli jitilgħu fuq id-dgħajsa u jmorru qablu x-xatt l-ieħor, sakemm jibgħat lin-nies. Wara li bagħat lin-nies, tela’ waħdu fuq l-għoljiet biex jitlob. Xħin sar filgħaxija kien għadu hemm fuq, waħdu. Id-dgħajsa kienet diġà f’nofs il-baħar titħabat mal-mewġ, għax kellhom ir-riħ kontra tagħhom… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 31 ta’ Lulju

It-Tmintax-il Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Qoħ 1:2; 2:21-23
Salm: 89 (90):3-4,5-6,12-13,14 u 17
It-Tieni Qari: Kol 3:1-5,9-11

L-Evanġelju: Lq 12:13-21

F’dak iż-żmien, xi ħadd mill-folla qal lil Ġesù: “Mgħallem, għid lil ħija jaqsam il-wirt miegħi”. Wieġbu Ġesù: “Ħabib, min qegħedni mħallef fuqkom, jew qabbadni nqassmilkom il-ġid bejnietkom?”. Imbagħad qal lin-nies: “Iftħu għajnejkom u ħarsu rwieħkom minn kull regħba, għax imqar jekk wieħed ikollu bir-radam, ħajtu ma tiddependix mill-ġid li jkollu.”

U qalilhom parabbola: “Wieħed raġel għani ġabar kotra ta’ frott mir-raba’ tiegħu… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 30 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġer 26:11-16,24
Salm: 68 (69):15-16,30-31,33-34

L-Evanġelju: Mt 14:1-12

F’dak iż-żmien, Erodi t-tetrarka sama’ bil-fama ta’ Ġesù u lill-qaddejja tiegħu qalilhom: “Dan Ġwanni l-Battista! Iva, hu, qam mill-imwiet! U minħabba f’hekk il-qawwa tal-mirakli qiegħda taħdem fih!”. Għax Erodi kien arresta lil Ġwanni, u qaflu l-ħabs u ħallieh hemm minħabba Erodja, mart ħuh Filippu. Għax Ġwanni kien jgħidlu: “Inti lil dik ma tistax iżżommha!”. Ried kieku joqtlu, imma kien jibża’ min-nies, għax kienu jżommuh bi profeta… Kompli aqra »