L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 29 ta’ Ġunju

San Pietru u San Pawl, Appostli – Solennità
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 12:1-11
Salm: 33:2-9
It-Tieni Qari: Tim 4:6-8,17-18

L-Evanġelju: Mt 16:13-19

F’dak iż-żmien: Meta wasal fl-inħawi ta’ Ċesarija ta’ Filippu, Ġesù staqsa lid-dixxipli tiegħu u qalilhom: “In-nies min jgħidu li hu Bin il-bniedem?” U huma weġbuh: “Xi wħud Ġwanni l-Battista, oħrajn Elija, u oħrajn Ġeremija jew wieħed mill-profeti.” “Imma intom,” qalilhom, “intom min tgħidu li jien?” U qabeż Xmun Pietru u qallu: “Inti l-Messija, l-Iben ta’ Alla ħaj.”

U wieġbu Ġesù u qallu: “Imbierek int, Xmun, bin Ġona, għax mhux il-laħam u d-demm urewk min jien, imma Missieri li hu fis-smewwiet… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 28 ta’ Ġunju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Għam 3:1-8; 4:11-12
Salm: 5:5-6,7,8

L-Evanġelju: Mt 8:23-27

F’dak iż-żmien, Ġesù tala’ fuq dgħajsa, u d-dixxipli marru warajh. U qamet taqliba kbira fuq il-baħar, hekk li l-mewġ beda jgħatti d-dgħajsa; iżda hu kien rieqed. Id-dixxipli resqu fuqu, qajmuh u qalulu: “Salvana, Mulej! Se nintilfu!”. U qalilhom: “Dan il-biża’ kollu għalfejn, ja nies ta’ fidi ċkejkna?”

Imbagħad qam, ordna lill-irjieħ u lill-baħar, u waqgħet kalma kbira… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 27 ta’ Ġunju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Għam 2:6-10,13-16
Salm: 49 (50):16bċ-17,18-19,20-21,22-23

L-Evanġelju: Mt 8:18-22

F’dak iż-żmien, meta ra ruħu mdawwar b’ħafna nies, Ġesù ordna li jaqsmu għax-xatt l-ieħor. Imbagħad resaq fuqu wieħed mill-kittieba u qallu: “Mgħallem, tmur fejn tmur, jiena niġi warajk”. Imma Ġesù wieġbu: “Il-volpijiet għandhom l-għerien tagħhom, u l-għasafar tas-sema l-bejtiet; iżda Bin il-bniedem ma għandux fejn imidd rasu”.

Ieħor, wieħed mid-dixxipli, qallu: “Mulej, ħallini l-ewwel immur nidfen lil missieri”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 26 ta’ Ġunju

It-Tlettax-il Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Slat 19:16b,19-21
Salm: 15 (16):1-2a u 5,7-8,9-10,11
It-Tieni Qari: Gal 5:1,13-18

L-Evanġelju: Lq 9:51-62

Meta Ġesù qorob għalih iż-żmien li fih kellu jittieħed mid-dinja, b’rieda sħiħa dar u telaq lejn Ġerusalemm. U bagħat xi messaġġiera qablu li, huma u sejrin, daħlu f’raħal tas-Samarija biex iħejjulu fejn joqgħod… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 25 ta’ Ġunju

Il-Qalb bla Tebgħa tal-Imqaddsa Verġni Marija – Tifkira
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Is 61:9-11
Salm: 1 Sam 2:1,4-8

L-Evanġelju: Lq 2:41-51

Ta’ kull sena l-ġenituri ta’ Ġesù kienu jmorru Ġerusalemm għall-festa tal-Għid. Meta kellu tnax-il sena telgħu wkoll, skont id-drawwa ta’ dik il-festa. Wara li għaddew dawk il-ġranet qabdu t-triq lura, imma t-tfajjel Ġesù baqa’ Ġerusalemm bla ma kienu jafu l-ġenituri tiegħu. Huma ħasbuh qiegħed ma’ xi wħud li kienu fit-triq magħhom; iżda meta wara jum mixi fittxewh fost qrabathom u n-nies li kienu jafuhom, ma sabuhx, u għalhekk reġgħu lura Ġerusalemm ifittxuh… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 24 ta’ Ġunju

Il-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesu’ – Solennita’
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżek 34:11-16
Salm: 22 (23):1-3a,3b-4,5,6

L-Evanġelju: Lq 15:3-7

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-fariżej u lill-kittieba din il-parabbola: “Min hu dak fostkom li jkollu mitt nagħġa u jitlef waħda minnhom, u ma jħallix id-disgħa u disgħin l-oħra fid-deżert biex imur wara l-mitlufa sa ma jsibha? U meta jsibha, jifraħ biha u jerfagħha fuq spallejh, imur id-dar, isejjaħ għandu lil ħbiebu u l-ġirien, u jgħidilhom: ‘Ifirħu miegħi, għax sibt in-nagħġa li kienet intilfitli.’

Ngħidilkom: l-istess jiġri fis-smewwiet, ikun hemm aktar ferħ għal midneb wieħed li jindem milli għal disgħa u disgħin bniedem tajjeb li ma kellux bżonn ta’ ndiema.” Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 23 ta’ Ġunju

It-Twelid ta’ San Ġwann Battista – Solennità
Qari ta-jum

L-Ewwel Qari: Is 49:1-6
Salm: 138:1-3,13-15
It-Tieni Qari: Atti 13:22-26

L-Evanġelju: Lq 1:57-66,80

Eliżabetta għalqilha ż-żmien li teħles, u kellha tifel. Il-ġirien u qrabatha semgħu li l-Mulej wera ħniena kbira magħha, u marru jifirħu magħha. Meta mbagħad fit-tmien jum ġew biex jagħmlu ċ-ċirkonċiżjoni lit-tifel, riedu jsemmuh Żakkarija, għal missieru; imma qabżet ommu u qalet: “Le, imma Ġwanni jkun jismu.” Qalulha: “Ma hemm ħadd li jismu hekk fost qrabatek!”

Imbagħad bdew jistaqsu bis-sinjali lil missieru x’ried isemmih, u hu talabhom xi ħaġa fuqiex jikteb, u kiteb hekk: “Ismu huwa Ġwanni.” U kulħadd baqa’ mistagħġeb… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 22 ta’ Ġunju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Slaten 22:8-13; 23:1-3
Salm: 118 (119):33,34,35,36,37,40

L-Evanġelju: Mt 7:15-20

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Iftħu għajnejkom mill-profeti foloz; għax dawn jiġu għandkom libsin ta’ nagħaġ, u minn ġewwa jkunu lpup ħattafa! Mill-frott tagħhom tagħrfuhom. Jaqaw jiġbru għeneb mix-xewk, jew tin mill-għollieq? Hekk kull siġra tajba frott tajjeb tagħmel, imma s-siġra l-ħażina frott ħażin tagħmel. Siġra tajba ma tistax tagħmel frott ħażin, anqas siġra ħażina ma tagħmel frott tajjeb… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 21 ta’ Ġunju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Slat 19:9b-11,14-21,31-35a,36
Salm: 47 (48):2-3a,3b-4,10-11

L-Evanġelju: Mt 7:6,12-14

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Tagħtux lill-klieb dak li hu qaddis, u tixħtux il-ġawhar tagħkom quddiem il-ħnieżer li ma jmorrux jgħaffġuhom b’saqajhom u mbagħad iduru għalikom u jqattgħukom bi snienhom. Mela dak kollu li tridu li l-bnedmin jagħmlu lilkom, agħmluh ukoll intom lilhom; għax din hi l-Liġi u l-Profeti… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 20 ta’ Ġunju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Slaten 17:5-8,13-15a,18
Salm: 59 (60):3,4-5,12-13

L-Evanġelju: Mt 7:1-5

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Tiġġudikawx, biex ma tkunux iġġudikati; għax bl-istess ġudizzju li tagħmlu intom, tkunu ġġudikati; u bl-istess kejl li tkejlu intom, jitkejjel lilkom.

Xi trid tħares lejn it-tibna li hemm f’għajn ħuk? Għax ma tarax it-travu li għandek f’għajnek int? Jew kif tmur tgħid lil ħuk: “Ħa nneħħilek it-tibna minn għajnek”, meta inti stess f’għajnek għandek travu? … Kompli aqra »