Il-Kelma tal-Isqof Awżiljarju

Imħabba li ġġib il-ferħ f’qalbna – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Ejjew inħobbu lil xulxin għax l-imħabba ġejja minn Alla” (1 Ġw 4:7). Dal-kliem, mill-Ewwel Ittra ta’ San Ġwann, flimkien mal-kliem ta’ Ġesù fl-Evanġelju – “Dan hu li qiegħed nikkmandakom: li tħobbu lil xulxin” (Ġw 15:17) – jgħinuna biex immorru fil-qalba tal-ħajja Nisranija: l-imħabba. 

Ġesù jfakkarna li fl-aħħar mill-aħħar, l-aktar li tiswa u l-isbaħ esperjenza fil-ħajja tagħna hi proprju l-imħabba… Kompli aqra »

Nuru apprezzament lejn is-saċerdot – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Knisja Arċipretali tal-Mellieħa

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Dun Mosè kien saċerdot li ta ħajtu biex jaqdi lill-poplu. Għalhekk illum aħna bir-raġun rikonoxxenti lejh. Imma Dun Mosè, qabel kollox, wieġeb għas-sejħa tal-Mulej u qiegħed it-talenti tiegħu biex jaqdi lill-Mulej fil-poplu tiegħu. Aħna nafu kif hu għaraf juża d-doni li Alla tah, li kienu ħafna, u jagħġinhom mal-ħajja li Alla sejjaħlu għaliha, u jgħix din il-ħajja b’tant entużjażmu u ħeġġa… Kompli aqra »

Ngħarfuh aktar u nressqu lill-oħrajn għandu – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Għadek ma għaraftnix?” (Ġw 14:9) Dan hu li jgħid Ġesù llum lil Filippu fl-Aħħar Ċena meta Filippu juri x-xewqa lil Ġesù: “Mulej, urina l-Missier, u jkun biżżejjed għalina” (Ġw 14:8). Ġesù kien qed jitkellem fuq kif min jagħraf lilu, jagħraf lill-Missier. Hekk kien qed jgħid lid-dixxipli tiegħu. Imma Filippu għamillu din id-domanda, u Ġesù jgħidlu: “Ili daqshekk magħkom u int, Filippu, għadek ma għaraftnix?”

Dan hu Filippu li tiegħu qed nagħmlu l-festa llum, flimkien ma’ Ġakbu… Kompli aqra »

Ħaddiem ta’ ispirazzjoni – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Knisja tax-Xemxija

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Kien 135 sena ilu meta fl-Ewropa bdiet tiġi ċċelebrata ġurnata msejħa “Jum il-Ħaddiem” f’ċerti postijiet. U kien 135 sena ilu, fl-istess sena, meta l-Papa Ljun XIII kien ħareġ enċiklika fuq San Ġużepp fejn, fost l-oħrajn, juri kif San Ġużepp huwa ispirazzjoni, mudell għall-ħaddiema.

Il-Festa tal-Ewwel ta’ Mejju bħala festa ddedikata lil San Ġużepp Ħaddiem ġiet iktar tard, kważi sebgħin sena ilu, fl-1955, mill-Papa Piju XII… Kompli aqra »

Stedina miftuħa – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Intom ilkoll li tinsabu mħabbtin u mtaqqlin” (Mt 11:28). Dan hu li jgħid Ġesù llum fl-Evanġelju skont San Mattew, u qed jindirizza żgur lil ħafna minna. Għax żgur li ħafna minna, f’mument jew ieħor tal-ħajja, ngħaddu mit-taħbit u mit-toqol. Għalhekk qed jagħmel stedina speċjali lilna li nkunu mħabbtin u mtaqqlin. Nixtieq naraw din is-silta tal-Evanġelju llum, u ħa nsemmi erba’ punti li Ġesù jagħmel, u li huma tassew ta’ ġid għall-ħajja tagħna… Kompli aqra »

Ħaġa waħda miegħu – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Jiena d-dielja, intom il-friegħi” (Ġw 15:5). Dan hu l-kliem ta’ Ġesù fl-Evanġelju llum, li qalu tant snin ilu imma jerġa’ jgħidu lilna llum bl-istess qawwa. Ma tridx tkun tifhem bilfors fid-dwieli biex taqbad dak li qed jgħid. Ġesù qed jitkellem ma’ nies li forsi kienu midħla aktar minna llum tad-dwieli, imma qed jagħti messaġġ sabiħ lid-dixxipli tiegħu li fehmuh tajjeb, u lilna li żgur nistgħu nifhmuh tajjeb ukoll u napprezzaw dak li jrid iwasslilna llum u kemm jiswa għall-ħajja tagħna. 

Nixtieq insemmi tliet punti prinċipali li hemm f’din is-silta u li jgħoddu ħafna għall-ħajja tagħna… Kompli aqra »

Biex ma nitħawdux – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Tħallux qalbkom titħawwad” (Ġw 14:1). Dan hu l-kliem li Ġesù jgħid lid-dixxipli tiegħu fl-Aħħar Ċena, u nafu li d-dixxipli kienu diġà mħawdin u kienu se jitħawdu aktar. Kellhom bżonn jisimgħu dan il-kliem ta’ Ġesù! Nafu li Ġesù nnifsu, iktar qabel fl-Evanġelju skont San Ġwann stess, f’mument minnhom kien qal: “Issa qed inħossni mħawwad. U x’naqbad ngħid? Missier, salvani minn din is-siegħa? … Kompli aqra »

Napprezzaw il-valur tal-ħajja – L-Isqof Galea Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Ma fehmux x’ried jgħidilhom” (Ġw 10:6). Dan huwa li naqraw fl-Evanġelju skont San Ġwann meta Ġesù kien qed ikellem lin-nies bil-parabboli u huma ma fehmuhx. Mhijiex l-ewwel darba li ma fehmux. Ġesù kien qed ifisser kif hu r-ragħaj it-tajjeb, imbagħad ikompli jispjega wkoll kif hu l-bieb tan-ngħaġ. Jispjegalhom bil-parabboli, imma huma ma fehmux. Imma fl-aħħar jgħidilhom xi ħaġa li nixtieq li llum nieqfu speċjalment fuqha għaliex tiġbor ħafna l-missjoni ta’ Ġesù fost in-nies: “Jien ġejt biex ikollkom il-ħajja, u l-ħajja bil-kotra” (Ġw 10:10)… Kompli aqra »

B’liema għożża ħabbna – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Knisja Arċipretali San Publju, Il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Araw b’liema għożża ħabbna l-Missier” (1 Ġw 3:1). Dan hu li smajna llum fl-Ewwel Ittra ta’ San Ġwann Appostlu, u dan hu l-messaġġ importanti li jrid iwassal lilna Ġesù, lil kull wieħed u waħda minna llum, meta jitkellem fuqu nnifsu bħala r-ragħaj it-tajjeb. Ġesù jgħid: “Jiena r-ragħaj it-tajjeb” (Ġw 10:11).

Għaliex jgħid li hu “t-tajjeb”? Hemm rgħajja ħżiena? Fi żmien Ġesù kien hemm rgħajja li ma kinux jaqdu r-responsabbiltà tagħhom b’mod tajjeb… Kompli aqra »

Serenità u kuraġġ – L-Isqof Galea-Curmi

  Pax et Bonum, il-Mosta

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Is-sliem għalikom” (Lq 24:36). Din hija t-tislima li jagħti Ġesù meta jidher lid-dixxipli tiegħu wara li qam mill-mewt. U kull meta jiltaqa’ magħhom, dejjem jagħtihom din it-tislima: “is-sliem għalikom”. Hija mhux biss tislima, imma hi fil-fatt realtà, għaliex Ġesù hu dak li jġib tassew il-paċi fil-qalb tad-dixxipli tiegħu. Niftakru li kien qalilhom dan fl-Aħħar Ċena, bħalma naqraw fl-Evanġelju skont San Ġwann: “Jien inħallilkom is-sliem… Kompli aqra »