Ħrief qalb l-ilpup – L-Isqof Galea-Curmi
Quddiesa b'tifkira ta’ San Timotju u San Titu
26/01/2021 Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-FurjanaL-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
“Ħrief qalb l-ilpup”. Dan hu l-kliem li juża Ġesù fl-Evanġelju llum biex ifisser il-mod kif id-dixxipli tiegħu jaqdu l-missjoni tagħhom. Hawnhekk jibgħat it-72 dixxiplu biex imorru tnejn tnejn f’kull belt u post fejn kien sejjer hu, u jgħidilhom li qed jibgħathom bħal “ħrief qalb l-ilpup”.
L-ewwel ħaġa fl-Evanġelju li jinsisti fuqha, u li hi tant importanti, hi l-ħtieġa tat-talb… Kompli aqra »
