B’qalb kbira – L-Isqof Galea-Curmi
Quddiesa f'lejlet il-festa ta' San Publiju
13/04/2024 Il-Knisja Arċipretali ta' San Publiju, il-FurjanaL-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
Fil-ġrajja mqallba tat-tempesta li fiha sab ruħu l-ġifen li fuqu kien hemm Pawlu, li spiċċa f’nawfraġju ma’ gżira “jisimha Malta” (Atti 28:1), żgur li jolqotna ħafna l-Prinċep tal-gżira, Publju. Ftit hemm fuqu fl-Atti tal-Appostli, imma l-ftit li hemm jgħidilna ħafna fuq Publju li bir-raġun inqimuh bħala Patrun mhux biss tal-Furjana imma ta’ Malta.
Nixtieq li nsemmi tliet punti li joħorġu b’mod tant ċar fir-rakkont tal-Atti tal-Appostli, u li huma ta’ għajnuna għalina f’ħajjitna… Kompli aqra »