Ma nkunux kundizzjonati mill-oħrajn – L-Isqof Galea-Curmi
04/03/2024 Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-FurjanaL-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
“Hu għadda minn ġo nofshom u baqa’ sejjer” (Lq 4:30). Hekk naqraw fi tmiem dan ir-rakkont mill-Evanġelju skont San Luqa, u b’dal-mod Ġesù ħeles minn attentat ta’ qtil, għax dawn in-nies riedu jixħtuh minn fuq l-għolja fejn kienet mibnija l-belt tagħhom, jixħtuh għal isfel. Imma hu għadda minn ġo nofshom u baqa’ sejjer. Hawnhekk tolqotna ħafna kif dawn in-nies kellhom din ir-reazzjoni vjolenti għal dak li qal Ġesù, u mhux biss irrabjaw, imma r-rabja ġegħlithom ukoll li jfittxu li joqtluh… Kompli aqra »