L-għożża lejn xulxin – L-Isqof Galea-Curmi
12/02/2024L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
“Mhux sewwa li l-bniedem jibqa’ waħdu” (Ġen 2:18). Dan il-kliem insibuh fil-ktieb tal-Ġenesi, fl-Iskrittura. Huwa kliem li qalu Alla fil-ħolqien, u huwa dan li l-Papa Franġisku ħa bħala t-titlu tal-messaġġ tiegħu għal Jum il-Morda.
Mhux sewwa li l-bniedem jibqa’ waħdu, għax meta Alla ħalaq lill-bniedem, ma ħalqux biex jibqa’ waħdu, iżolat, imma biex flimkien ma’ oħrajn jista’ jibni relazzjoni ta’ mħabba… Kompli aqra »