Konvinzjoni mhux konvenjenza – L-Isqof Galea-Curmi f’Jum il-Ħajja 2022
06/02/2022 Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt VallettaL-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
Dis‑sena 2022 bdejnieha bl‑iktar mod ikrah fejn tidħol l‑għożża tal‑ħajja. Il‑qtil ta’ Paulina Dembska, it‑tfajla Polakka, fit‑2 ta’ Jannar kmieni filgħodu, qtil b’mod mill‑aktar brutali, li bir‑raġun ħoloq reazzjoni qawwija fis‑soċjetà Maltija. Din kienet persuna li f’daqqa waħda sabet il‑mewt ma’ wiċċha, mhux b’inċident imma b’delitt. Ħajjitha ntemmet ħesrem.
B’kuntrast, nixtieqkom taħsbu f’Rayan, tifel ta’ ħames snin li ftit ġranet ilu waqa’ ġo bir fond, xi 32 metru, fil‑Marokk… Kompli aqra »