Niżirgħu t-tama – L-Isqof Galea-Curmi
Il-messaġġ fil-ftuħ tal-Assemblea Djoċesana 2024
21/11/2024 Is-Sala taċ-Ċentru Animazzjoni u Komunikazzjoni, BirkirkaraIl-messaġġ tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi fil-ftuħ tal-Assemblea Djoċesana
Eċċellenza u ħuti, insellmilkom lilkom ilkoll miġburin għall-Assemblea Djoċesana din is-sena, u nsellem lil dawk kollha li qed isegwuna bħalissa online.
Għandi f’idejja hawnhekk diskors bit-titlu “Attitudni ta’ Knisja u Dixxerniment”. Tgħiduli: dak żgur meħud mid-dokument finali tas-Sinodu li sar f’Ottubru li għadda fuq is-sinodalità, jew mid-diskors tal-Papa Franġisku! Fil-fatt hu ftit iktar antik. Dan hu d-diskors li kien għamel fl-14 ta’ Ġunju 2001, Patri Arthur Vella, Ġiżwita, li ngħożżu l-memorja tiegħu, proprju fl-ewwel laqgħa tal-Assemblea tas-Sinodu Djoċesan ta’ Malta, biex jagħti direzzjoni lill-ħidma tas-Sinodu f’Malta… Kompli aqra »