L-Omeliji tal-Isqof Awżiljarju

Is-sawm li ġej minn qalb li tħobb – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Għaliex aħna u l-Fariżej insumu, u d-dixxipli tiegħek ma jsumux?” (Mt 9:14). Din hija d-domanda li għamlu d-dixxipli ta’ Ġwanni lil Ġesù, kif naqraw fl-Evanġelju skont San Mattew illum. Dawn qed jagħmluha b’mod ġenwin. Hawn qed nitkellmu fuqhom, mhux fuq il-Fariżej li kemm-il darba staqsew lil Ġesù bi skop ieħor. Dawn għandhom domanda ġenwina.

Ġesù jgħidilhom ċar li waqt li d-dixxipli qegħdin miegħu, jiċċelebraw il-fatt li qegħdin miegħu… Kompli aqra »

L-għożża lejn xulxin – L-Isqof Galea-Curmi

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Mhux sewwa li l-bniedem jibqa’ waħdu” (Ġen 2:18). Dan il-kliem insibuh fil-ktieb tal-Ġenesi, fl-Iskrittura. Huwa kliem li qalu Alla fil-ħolqien, u huwa dan li l-Papa Franġisku ħa bħala t-titlu tal-messaġġ tiegħu għal Jum il-Morda.

Mhux sewwa li l-bniedem jibqa’ waħdu, għax meta Alla ħalaq lill-bniedem, ma ħalqux biex jibqa’ waħdu, iżolat, imma biex flimkien ma’ oħrajn jista’ jibni relazzjoni ta’ mħabba… Kompli aqra »

Jinkludi lil dawk esklużi – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Knisja ta' St Agatha, ir-Rabat

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Il-marda tal-lebbra fi żmien Ġesù, u qablu, kienet marda li toħloq tbatija kbira lin-nies vittmi tagħha, għax kienet marda li kienet taqta’ lil min kien marid mis-soċjetà. Fil-fatt, rajna fil-Ktieb tal-Levitiku x’kellu jagħmel min kien marid bil-lebbra: li jżomm ruħu ’l bogħod min-nies, li jekk jara lil xi ħadd jersaq, jgħajjat “imniġġes, imniġġes” (Lev 13:45) biex dak li jkun ma jersaqx fil-qrib… Kompli aqra »

Infejqu l-morda billi nfejqu r-relazzjonijiet

Artiklu mill-Isqof Joseph Galea-Curmi ppubblikat f’The Sunday Times

“It is not good for man to be alone. Healing the Sick by Healing Relationships” is the theme of the message of Pope Francis for the 2024 World Day of the Sick, held today, 11 February. 

In his message, the Pope explores the fundamental importance and healing power of our relationships with others and with God. Drawing on God’s words about Adam in the Book of Genesis (cf… Kompli aqra »

Il-fidi mhix mibnija fuq dak li hu sensazzjonali – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Wissiehom biex ma jgħidu lil ħadd” (Mk 7:36). Dan hu li naqraw fuq Ġesù llum, fl-Evanġelju skont San Mark, wara li fejjaq lil wieħed raġel li kien trux u mbikkem. L-Evanġelju jgħid li lil dan ir-raġel ġabuh quddiem Ġesù biex “iqiegħed idejh fuqu” (Mk 7:32). U li jagħmel Ġesù l-ewwel hu li joħorġu għalih waħdu minn qalb in-nies. Fl-Evanġelju hemm dik id-deskrizzjoni ta’ kif Ġesù jfejqu u kif dal-bniedem beda jisma’ u beda jitkellem… Kompli aqra »

Konsistenti favur il-ħajja – L-Isqof Galea-Curmi

Omelija f'Jum il-Ħajja 2024

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Ħamsa u għoxrin sena ilu twaqqaf il‑Malta Unborn Child Platform. Dan il‑Moviment baqa’, sena wara sena, jaħdem biex jippromwovi r‑rispett lejn id‑dinjità u d‑drittijiet tat‑tarbija li tkun se titwieled, u l‑protezzjoni u l‑iżvilupp tagħha. Nixtieq illum nirringrazzja lil dawk kollha li tul dawn is‑snin ħadmu bis‑sħiħ biex irawmu kuxjenza favur il‑ħajja umana meta hi l‑aktar vulnerabbli u dipendenti, u meta teħtieġ l‑akbar appoġġ u sostenn… Kompli aqra »

Missier u Għalliem – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Oratorju ta' San Ġwann Bosco, Tas-Sliema

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Missier u għalliem”. Hekk insejħulu lil San Ġwann Bosco llum fit-talba tal-quddiesa, fil-bidu, u din hi l-esperjenza ta’ tant nies ta’ dan il-qaddis.

Don Bosco huwa qaddis li dejjem kelli imħabba lejh minn meta kont żgħir. Niftakar li konna naraw il-Museum il-ħajja tal-qaddisin, dak iż-żmien bis-slides, u kont nammira ħafna kif Don Bosco għex il-vokazzjoni saċerdotali tiegħu… Kompli aqra »

Twarrabx minn ħajjitna, twarrabx minn pajjiżna – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Oħroġ, ja spirtu ħażin, minn dan il-bniedem!” (Mk 5:8) Dan hu li Ġesù jgħid lil dan il-bniedem, kif rajna fl-Evanġelju llum. Huwa każ ta’ Ġesù li jeħles lil dan il-bniedem mill-ispirtu ħażin, anzi minn spirti ħżiena fih. Ġesù kien għadu kif qasam il-baħar bid-dgħajsa, u ġie n-naħa l-oħra flimkien mad-dixxipli tiegħu. U mal-ewwel jersaq fuqu dal-bniedem. Nafu li Ġesù, bħalma għamel f’ċirkustanzi oħra, l-ewwel ħaġa li jagħmel hu li lil dal-bniedem jeħilsu mill-ispirti ħżiena ta’ ġo fih… Kompli aqra »

Kellhom biex jistagħġbu – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Baqgħu mistagħġbin” (Mk 1:22). Dawn iż-żewġ kelmiet ifissru dak li n-nies ħassew meta kienu qed jisimgħu lil Ġesù fis-sinagoga ta’ Kafarnahum. L-Evanġelju jgħidilna li Ġesù, meta wasal Kafarnahum, malajr daħal fis-sinagoga u qagħad jgħallem; u ħoloq dan l-istagħġib.

X’kienet ir-raġuni? Għaliex stagħġbu meta semgħuh jitkellem? Qal xi ħaġa ta’ barra minn hawn, jew diskors mhux f’postu? Xejn minn dan! … Kompli aqra »

Spirtu ta’ qawwa, ta’ imħabba u ta’ rażan – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Alla ma taniex spirtu ta’ biża’ imma Spirtu ta’ qawwa, ta’ imħabba u ta’ rażan” (2Tim 1:7). Dan hu li San Pawl jgħid lil Timotju fit-tieni Ittra tiegħu – smajniha fl-ewwel qari – u dan jiġbor ukoll il-messaġġ li Ġesù ta lil dawn it-72 dixxiplu li hu għażel biex imorru “qablu f’kull belt u post fejn kien se jmur hu” (Lq 10:1)… Kompli aqra »