Il-Kelma tal-Isqof Awżiljarju

Solidarjetà mal-vulnerabbli, id-dgħajfa u d-dipendenti – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa organizzata mill-Fondazzjoni LifeNetwork b'tifkira tal-vittmi tal-abort fid-dinja

  Il-Kappella tal-Lunzjata, ir-Rabat

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Meta tibda ħajja umana ġdida, aħna ma narawhiex. Huma ftit ċelloli fil-ġuf. Dawn iċ-ċelloli ma fihomx biss potenzjal ta’ ħajja, imma huma l-ħajja umana li bdiet. Maż-żmien dawn iċ-ċelloli jsiru ħafna aktar, u jkomplu jikbru. Tkun qiegħda tiżviluppa l-ħajja umana fil-moħbi.

Illum bis-saħħa tal-progress fix-xjenza u fit-teknoloġija, nistgħu nintebħu kemm hi sabiħa l-ħajja umana li tiżviluppa. X’miraklu u x’meravilja! … Kompli aqra »

M’aħniex Knisja tal-perfetti – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

San Luqa jurina lil Ġesù jdur l-ibliet u l-irħula, jipprietka u jxandar l-Evanġelju tas-Saltna ta’ Alla. Mill-bidu tal-missjoni tiegħu, Ġesù kien ċar li hu ma ġiex għal poplu wieħed, jew għal lokalità waħda, imma biex l-Evanġelju jixtered qalb popli differenti, u għalhekk kien idur l-ibliet u l-irħula.

Hawnhekk, lil Ġesù ma narawhx waħdu, imma narawh flimkien mat-tnax u xi nisa – li San Luqa jsemmihom hawn – u xi wħud oħra, li kienu miegħu… Kompli aqra »

Kelma waħda biss – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Ordna b’kelma, u l-qaddej tiegħi jfiq”. Dan hu dak li qalu l-ħbieb taċ-ċenturjun meta ġew ħdejn Ġesù, hu u riesaq lejn id-dar taċ-ċenturjun. Dan kien diġà bagħat qabel lil xi wħud mix-xjuħ tal-Lhud li għamlu talba ħerqana lil Ġesù biex ifejjaq lil dan il-qaddej, li kien għażiż ħafna għaċ-ċenturjun. Tolqtok kif dawn il-Lhud kellhom stima lejn dan iċ-ċenturjun li ma kienx wieħed mill-poplu Lhudi imma, fi kliemhom stess, kien benefattur tagħhom – fil-fatt bnielhom is-sinagoga – u kienu jirrispettawh ħafna… Kompli aqra »

Il-ħasda li kien fiha messaġġ qawwi – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa tal-24 Ħadd taż-żmien ta' matul is-sena

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Għandu mnejn ninħasdu bil-kliem li Ġesù qal lil Pietru, li kien wieħed mill-aktar ħbieb ta’ ġewwa miegħu, meta qallu: “Itlaq minn quddiemi, ja xitan”. Ħa nifhmu sew x’ġara. L-ewwel, meta Ġesù staqsa lid-dixxipli x’jaħsbu n-nies, mir-risposti deher ċar li n-nies kellhom ħafna ideat żbaljati dwar min hu. Imma meta staqsa lid-dixxipli x’jaħsbu huma, Pietru kellu r-risposta preċiża: “Inti l-Messija”. Imbagħad, meta Ġesù beda jispjega xi tfisser li hu kien il-Messija u jgħid minn xiex kien se jgħaddi – ibati, jiċħduh, joqtluh – qabel ma jasal għall-glorja, Pietru ġibdu lejh u beda jlumu, u kien dan il-mument meta Ġesù qallu: “itlaq minn quddiemi, ja xitan”… Kompli aqra »

Bla ma qagħad jomgħodha – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Ġesù ma joqgħodx jomgħodha. Jitkellem ċar u dirett. Għalhekk hawnhekk jgħid: “Għax tara t-tibna f’għajn ħuk, u ma tarax it-travu għandek f’għajnek int?” U jgħid: “Neħħi l-ewwel it-travu minn għajnek int, ħalli mbagħad tara sewwa kif tneħħi t-tibna minn għajn ħuk”. 

Hu kliem li nifhmuh, għax jaqbel ħafna mal-esperjenza tagħna l-bnedmin. Kultant inħarsu lejn l-oħrajn u naraw il-ħażin, naraw id-difetti… Kompli aqra »

Omm u għalliema tal-ħajja – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fil-ġimgħa tal-festa ta’ Marija Bambina

  Il-Knisja Arċipretali ta’ Marija Bambina

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

It-twelid ta’ Marija ġab ferħ kbir lill-ġenituri tagħha, Sant’Anna u San Ġwakkin. Imma li ma kinux jafu l-ġenituri tagħha kien li l-ferħ tagħhom ma kienx se jibqa’ tagħhom biss, bħala ġenituri u familja, imma kien se jkun il-ferħ tal-poplu kollu Nisrani.

Għalhekk, aħna u nħejju ruħna għaċ-ċelebrazzjoni tat-twelid ta’ Marija, niftakru li hi ċelebrazzjoni li nagħmlu lkoll bħala Knisja għax tfakkarna f’Marija li t-twelid tagħha kien ifisser li twieldet dik li kellha tkun Omm Alla… Kompli aqra »

“Ġid lil kulħadd, deni lil ħadd” – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“X’jiswa nhar ta’ Sibt, tagħmel il-ġid jew tagħmel id-deni? Issalva ħajja jew teqridha?” Dan hu li qal Ġesù lill-kittieba u lill-Fariżej fis-sinagoga qabel ma għamel il-miraklu u fejjaq lir-raġel li kellu idu niexfa. Il-kittieb u l-Fariżej kienu, skont l-Evanġelju, “moħħhom fih”; mhux biex isegwu t-tagħlim tiegħu, jew dak li kien qed jgħid, lanqas għax kienu jattirawhom il-mirakli li kien jagħmel Ġesù, imma biex jaraw ifejjaqx lil dan il-bniedem f’Jum is-Sibt… Kompli aqra »

Madre Tereża: ngħożżu l-ħajja bl-imħabba – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fil-festa ta’ Santa Tereża ta’ Kalkutta

  Il-Kolleġġjata tal-Immakulata Kunċizzjoni, Bormla

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Għadni kif kont qed nara, illum wara nofsinhar fuq TV2000, parti minn filmat fuq Madre Tereża. Kull darba li nsegwi l-ħajja tagħha, tolqotni kif b’mod radikali għexet dal-kliem ta’ Ġesu: “Kulma għamiltu mal-iżgħar fost dawn ħuti, għamiltuh miegħi” (Mt 25:40). Meta niftakru fil-ħajja ta’ Madre Tereża u dak kollu li għamlet, jolqotna kif kienet totalment dedikata biex isservi lil Kristu qalb l-ifqar fost il-fqar… Kompli aqra »

Widnejna u fommna fil-ħsieb ta’ Alla – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fit-23 Ħadd tas-Sena

  Il-Knisja tal-Vitorja, Ħal Qormi

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Naħseb ħadd minna hawnhekk f’din il-knisja ma jiftakar il-ġurnata tal-magħmudija, għax ħafna minna konna żgħar, u ħafna minn dawn li qed isegwuna wkoll. Imma ġieli attendejna ċelebrazzjoni tal-magħmudija. Fost ir-riti differenti fiċ-ċelebrazzjoni tal-magħmudija, hemm  mument minnhom meta l-qassis iqiegħed idu fuq il-widnejn u l-fomm tat-tarbija – xi ħaġa li f’dan iż-żmien tal-pandemija ma nistgħux nagħmluha, minħabba l-miżuri għalissa, imma r-rit normali hu hekk – u jgħid hekk: “Sidna Ġesù, li ta s-smigħ lit-torox u l-kelma lill-imbikkmin, jagħti lilek ukoll il-grazzja li ma ddumx ma tkun tista’ tisma’ b’widnejk il-kelma tiegħu u tilqagħha, u tistqarr bil-fomm il-fidi tiegħek biex tfaħħar u ssebbaħ lil Alla l-Missier.” Dan hu l-kliem li jgħid il-qassis f’dal-mument tal-magħmudija… Kompli aqra »

Marija Bambina hi l-isbaħ innu favur il-ħajja – L‑Isqof Galea‑Curmi

Quddiesa fil-100 sena mill-Inkurunazzjoni tal-Bambina

  Il-Bażilika Minuri ta' Marija Bambina, l-Isla

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Dan l-innu hekk sabiħ u sinifikattiv ta’ mitt sena ilu illum, miktub mill-Poeta Nazzjonali Dun
Karm Psaila, li dis-sena f’Ottubru nfakkru l-150 sena mit-twelid tiegħu, u mmużikat mis-
Surmast Ġużeppi Caruana, għadu jqajjem emozzjonijiet kbar mitt sena wara fost il-poplu tal-
Isla. Bir-raġun, għax l-inkurunazzjoni ta’ Marija Bambina, Sultana tal-Vittorji – ġrajja
importanti għall-Isla u għall-Knisja f’Malta – hija mnaqqxa fil-memorja tal-poplu… Kompli aqra »