Ċar ma’ kulħadd – L-Isqof Galea-Curmi
28/06/2021 Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-FurjanaL-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
Hemm siltiet fl-Evanġelju fejn Ġesù qisu jkun f’burdata ħażina, xejn ma jogħġbu. Din tal-lum hi waħda minn dawn is-siltiet, fejn Ġesù, minħabba li kien imdawwar b’ħafna nies, lid-dixxipli jgħidilhom biex jaqsmu għax-xatt l-ieħor, imbagħad hemmhekk ikellmuh tnejn min-nies, l-ewwel wieħed mill-kittieba, u mbagħad wieħed mid-dixxipli tiegħu.
Lill-ewwel wieħed li jkellem lil Ġesù u jgħidlu “tmur fejn tmur, jien niġi warajk”, Ġesù, flok iħeġġu, kważi jaqtagħlu qalbu bil-mod kif ikellmu, qisu jitfilu l-ħeġġa tiegħu… Kompli aqra »