Omm u Xbieha – L-Isqof Galea-Curmi
Quddiesa b'tifkira ta' Marija, Omm u Xbieha tal-Knisja
24/05/2021 Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-FurjanaL-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
Hu tassew f’waqtu li l-għada taċ-ċelebrazzjoni ta’ Għid il-Ħamsin, il-Knisja tiċċelebra t-tifkira ta’ Marija Omm u Xbieha tal-Knisja. Dawn iż-żewġ siltiet mit-Testment il-Ġdid juruna b’mod sabiħ ħafna kif Marija hi Omm u Xbieha tal-Knisja.
Għandna s-silta mill-Evanġelju skont San Ġwann, fejn Ġesù qiegħed fuq is-salib u hemm Marija ommu li takkumpanjah sal-aħħar. Fost l-aħħar kelmiet li jgħid Ġesù, lil Marija jgħidilha “hawn hu ibnek”, u lil Ġwanni “hawn hi ommok”, biex jagħti ’l ommu lilna lkoll… Kompli aqra »