Kliemu ma jgħaddix – L-Isqof Galea‑Curmi
27/11/2020 Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-FurjanaL-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
“Is-sema u l-art jgħaddu imma kliemi ma jgħaddix”. Dan hu l-messġġ li Ġesù jwasslilna llum fl-Evanġelju li jfakkarna li kollox jgħaddi: id-dinja tispiċċa, aħna nispiċċaw il-ħajja tagħna hawnhekk f’din id-dinja; imma l-kelma tiegħu tibqa’ għal dejjem. Dal-kliem ta’ Ġesù jfakkarna f’dak li qal il-Profeta Iżaija: “Il-ħaxix jinxef, il-ward jidbiel, iżda l-kelma tal-Mulej tibqa’ għal dejjem (Iż 40:8)
Dan il-messaġġ ta’ Ġesù jgħinna napprezzaw il-Kelma ta’ Alla, li aħna niċċelebraw fil-quddiesa imma li wkoll imsejħin biex ngħixuha f’ħajjitna… Kompli aqra »