Martri tal-imħabba – L-Isqof Galea-Curmi
Quddiesa b'tifkira ta' San Massimiljanu Marija Kolbe
14/08/2020 Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-FurjanaL-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
Massimiljanu Maria Kolbe, saċerdot mill-Polonja, Franġiskan Konventwali, miet bħal-lum 79 sena ilu, fil-kamp ta’ konċentrament tan-Nażi f’Auschwitz. Baqa’ magħruf speċjalment għax offra li jmut hu minflok wieħed mill-priġunieri.
L-istorja tal-mewt tiegħu hi tassew kommoventi. Kien hemm wieħed mill-priġunieri li ħarab mill-blokk fejn kien hu, u kien hemm liġi kiefra fil-kamp tal-konċentrament li jekk jaħrab wieħed, joqtlu għaxra. Għalhekk ġabru dawn l-għaxra min-nies… Kompli aqra »