Żagħżugħ ta’ fibra – L-Isqof Joseph Galea-Curmi
21/07/2024 Knisja Arċipretali ta' San Sebastjan, Ħal QormiL-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
Il-Papa Franġisku, fl-Eżortazzjoni Appostolika tiegħu Christus Vivit, indirizzata liż-żgħażagħ u lill-poplu kollu ta’ Alla, jitkellem fuq San Sebastjan. Jgħid hekk: “Permezz tal-qdusija taż-żgħażagħ il-Knisja tista’ ġġedded il-passjoni spiritwali u l-ħeġġa appostolika tagħha. Il-balzmu tal-qdusija msawwab mill-ħajja tajba ta’ tant żgħażagħ jista’ jdewwi l-ġrieħi tal-Knisja u tad-dinja, u jerġa’ jwassalna għal dik il-milja tal-imħabba li għaliha sa minn dejjem konna msejħa: iż-żgħażagħ qaddisin qed iħeġġuna biex nerġgħu lura għal dik l-ewwel imħabba (ara Apok 2:4)” (Christus Vivit, 50)… Kompli aqra »