Il-Kelma tal-Isqof Awżiljarju

“Bis-saħħa tal-Mulej seħħ dan”

Quddiesa fl-okkażjoni tal-50 anniversarju tal-presbiterat ta' Mons. Pawl Camilleri u Mons. Victor Zammit Mckeon

  • L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

     


  • Il-Knisja Parrokkjali, il-Furjana

    22 ta’ Marzu 2019

    “Bis-saħħa tal-Mulej seħħ dan.” Huwa dan il-kliem li smajna lil Ġesù jgħid illum fl-Evanġelju ta’ San Mattew meta jirreferi għall-ġebla tax-xewka.

    Huwa dan li tgħidu, għeżież Mons. Pawl Camilleri u Mons…

  • Kompli aqra »

Il-festa tal-Lunzjata: Tibda bi tnejn u tispiċċa bi tlieta

Quddiesa fil-festa tal-Lunzjata

  • L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

     


  • Il-Knisja Parrokkjali, Ħal Balzan

    25 ta’ Marzu 2019

    Bħal-lum, il-25 ta’ Marzu, f’kull quddiesa mad-dinja kollha waqt li jingħad il-Kredu, aħna ninżlu għarkupptejna meta ngħidu l-kliem: “U ħa l-ġisem bis-setgħa tal-Ispirtu s-Santu minn Marija Verġni u sar bniedem”. Dan il-kliem dejjem ngħiduh waqt il-Kredu, imma bħal-lum ninżlu għarkupptejna…

  • Kompli aqra »

Ma tismax ħossu – L-Isqof Galea-Curmi fil-festa ta’ San Ġużepp

Quddiesa fil-festa ta' San Ġużepp

  • L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

     

  • Il-Knisja Parrokkjali, l-Imsida
    19 ta’ Marzu 2019

    San Ġużepp huwa qaddis magħruf mal-Knisja kollha. Is-sena d-dieħla hi l-150 sena minn meta kien iddikjarat minn Papa Piju IX patrun tal-Knisja universali fl-1870.

    Imma San Ġużepp ma tismax ħossu fl-Evanġelju. Kważi dejjem qisu minn wara l-kwinti…

  • Kompli aqra »

Ħafna aktar minn ftira

Artiklu mill-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

  • Travelling to Floriana these last weeks, my eyes fell on a billboard depicting a large ftira, a typical Maltese bread, close to Portes des Bombes. It is meant to rally people behind the application of the Cultural Directorate so that this ftira will be included in UNESCO’s Representative List of Intangible Cultural Heritage of Humanity.

    I’m no Gordon Ramsay, and the words on the billboard might sound a bit high-flown for such humble fare, but I like the idea of having the Maltese ftira on such a list…

  • Kompli aqra »

L-omelija tal-Isqof Awżiljarju fil-festa tal-Beata Maria Adeodata Pisani

  • L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

     


  • Il-Monasteru tal-Benedittini, l-Imdina

    25 ta’ Frar 2019

    Il-Beata Maria Adeodata Pisani, li ssejħet bir-raġun “ġawhra umli tal-ħajja kkonsagrata u monastika,” ma kellhiex ħajja twila. Meta mietet kienet lanqas għalqet il-50 sena – hawn min qiegħed f’dan il-monasteru li għandu kważi d-doppju ta’ kemm kellha hi meta mietet…

  • Kompli aqra »

‘Il-ġentilezza ta’ Fr Noel kienet tidher fit-tbissima, fl-umiltà u fil-qalb kbira tiegħu’ – L-Isqof Awżiljarju

Quddiesa fil-funeral ta' Fr Noel Vella

  • L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

     


  • Il-Knisja Parrokkjali ta’ San Girgor il-Kbir, Tas-Sliema

    25 ta’ Frar 2019

    “Mulej ma tkabbritx qalbi, anqas ma ntrefgħu għajnejja. Jien ma ġrejtx wara ħwejjeġ kbar jew wara ħwejjeġ ogħla minni, imma żammejt ruħi fis-skiet u fil-kwiet bħal tarbija f’ħoġor ommha”.

    Dan il-kliem minn Salm 130, li qiegħed fis-santa-tifkira ta’ Fr Noel Vella, narah jiġbor b’mod sabiħ ħafna l-ħajja ta’ Fr Noel, li llum qegħdin insellmu waqt li niċċelebraw il-passaġġ tiegħu għall-ħajja ta’ dejjem…

  • Kompli aqra »

Nagħtu ġieħ lil min jistħoqqlu

Quddiesa mill-100 sena mit-twelid ta' Dun Edgar Vella

  • L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

     


  • Il-Knisja Parrokkjali tal-Immakulata Kunċizzjoni, il-Ħamrun

    14 ta’ Frar 2019

    Kemm hi ħaġa sabiħa li din il-komunità parrokkjali tal-Immakulata Kunċizzjoni tal-Ħamrun illumqed tirringrazzja lil Alla u turi apprezzament għall-ħajja ta’ saċerdot li ta ħajtu għaliha. Għax Dun Edgar Vella, li twieled bħal-lum 100 sena ilu u li għex ħajja pjuttost qasira ta’ 43 sena, nistgħu ngħidu li ta ħajtu għal din il-komunità snin ilu, qabel ma saret parroċċa…

  • Kompli aqra »

Tliet kelmiet mill-grotta ta’ Lourdes

Quddiesa fil-Jum Dinji tal-Morda u mill-ewwel dehra tal-Madonna f'Lourdes

  • L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

     


  • Il-kappella tal-Franġiskani Kapuċċini, il-Furjana

    11 ta’ Frar 2019

    Il-festa tal-Madonna ta’ Lourdes titfa’ ħarsitna qabel xejn fuq Marija, dik l-omm li meta Ġesù kien fuq is-salib, fl-aħħar mumenti ta’ ħajtu, tahielna bħala ommna. Hi din l-omm kollha mħabba u ħniena li aħna niċċelebraw illum…

  • Kompli aqra »

Tliet kelmiet li jfissru ħafna

Quddiesa waqt żjara fil-Kulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl

  • L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

     


  • Il-Kulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl, ir-Rabat

    25 ta’ Jannar 2019 

    40 sena ilu bħal-lum, jien kont wasalt fix-xhur tal-aħħar fil-Ħames Klassi fil-Kulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl.  Kien ftit qabel spiċċajt il-ħames snin tas-sekondarja li għamilt student fil-kulleġġ. Meta nħares lura lejn dawn il-ħames snin, niftakar kemm kienet esperjenza sabiħa…

  • Kompli aqra »

Magħqudin biex nipproteġu l-ħajja umana

Quddiesa fl-okkażjoni ta' Jum il-Ħajja 2019

  •  

  • L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

     


  • Il-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

    3 ta’ Frar 2019

    Ftit ġranet ilu, l‑attenzjoni ta’ ħafna nies fl‑Ewropa kienet mitfugħa fuq il‑ġrajja ta’ qsim il‑qalb fi Spanja fejn tifel żgħir, Julen Rosello, spiċċa waqa’ f’ħofra dejqa u fonda…

  • Kompli aqra »