Il-Kelma tal-Isqof Awżiljarju

Laqgħa li ġabet bidla radikali

Quddiesa fil-festa tal-Konverżjoni ta' San Pawl u fl-44 anniversarju tal-parroċċa

  • L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

     


  • Il-Knisja Parrokkjali, Fleur-de-Lys

    25 ta’ Jannar 2019

    Il-festa tal-Konverżjoni ta’ San Pawl hi festa kbira għall-Knisja kollha. Pawlu kien wieħed mill-iktar bnedmin influwenti u figura importanti ħafna fil-Knisja tal-bidu. Imma għalina f’Malta Pawlu jfisser iktar, minħabba li nafu lil Pawlu l-bidu tal-fidi tagħna…

  • Kompli aqra »

It-tliet affarijiet li jgħallimna San Publiju

Quddiesa fil-festa ta' San Publiju

  • L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

     


  • Il-Knisja Arċipretali, il-Furjana

    21 ta’ Jannar 2019

    San Publiju, il-prinċep tal-gżira, jissemma b’mod prominenti u mill-aktar pożittiv fil-ġrajja tan-nawfraġju ta’ San Pawl f’Malta. Ir-rakkont jgħidilna li Publiju laqa’ għandu bil-qalb lil Pawlu u lil dawk li kienu miegħu. Fil-festa ta’ San Publju, festa għażiża għal din il-parroċċa imma wkoll għal Malta, nixtieq li nirriflettu fuq tliet punti prinċipali…

  • Kompli aqra »

Ġesù bħala għalliem, tabib u ħabib

Quddiesa organizzata mis-Segretarjat Assistenza Soċjali tal-Azzjoni Kattolika Maltija

  • L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

     

  • Villa Arrigo, in-Naxxar
    7 ta’ Jannar 2019

    Miġburin hawnhekk, tkun ħaġa sabiħa li l-ewwel kelma li ngħidu lil Alla tkun: “Grazzi Sinjur Alla, u aħfirli Sinjur Alla”. Intom u tħarsu lejn is-snin li għaddew imma wkoll lejn il-ħajja li qed tgħixu llum fid-djar differenti tal-Knisja, żgur li hemm ħafna ta’ xiex tirringrazzjawh kif ukoll titolbuh maħfra…

  • Kompli aqra »

“Il-Knisja tistagħna bix-xhieda tal-Laboratorju tal-Paċi” – L-Isqof Awżiljarju

Omelija waqt Quddiesa fil-Laboratorju tal-Paċi

  • L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

     


  • Il-Laboratorju tal-Paċi, Ħal Far

    12 ta’ Jannar 2019

    Forsi narawha stramba li Ġesù, f’waħda mill-ewwel ġrajjiet tal-ħajja pubblika tiegħu, mar biex jitgħammed. Mar għand Ġwann il-Battista, li kien jgħammed lin-nies bl-ilma biex ifisser il-ħajja ġdida li daħlu għaliha wara li jistqarru dnubiethom…

  • Kompli aqra »

Il-parir tal-Isqof Awżiljarju lill-kappillan il-ġdid tal-parroċċa tal-Balluta

Omelija waqt Quddiesa tal-pussess ta' Patri Renald Lofreda O. Carm bħala l-kappillan il-ġdid tal-parroċċa tal-Balluta

     

  • L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

     


  • Il-Knisja Parrokkjali, il-Balluta

    5 ta’ Jannar 2019

    Santu Wistin għandu talba sabiħa li f’parti minnha tgħid lil Alla: “Agħmel li nsibuk, għax qabel ma nsibuk ma nistriħux”. Dit-talba tfakkarni ħafna fil-maġi li ġew mil-Lvant ifittxu t-tarbija li twieldet u baqgħu jistaqsu u jfittxu sakemm sabu lil Ġesù…

  • Kompli aqra »

Ħajja ta’ fedeltà

Omelija waqt Quddiesa fil-festa tal-Familja Mqaddsa

  • L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

     


  • Il-Knisja Parrokkjali, Ħal Balzan

    30 ta’ Diċembru 2018

    Meta nħarsu lejn il-Familja ta’ Nazaret—ta’ Ġesù, Marija u Ġużeppi—li l-Knisja tqiegħed bħala ispirazzjoni u għajnuna għall-ħajja tal-familja, jista’ jkun li tiġina l-mistoqsija: Imma din il-familja li għexet 2,000 sena ilu x’messaġġ tista’ tagħtina għal ħajjitna llum? …

  • Kompli aqra »

Omm għażiża

Omelija waqt Quddiesa fis-Solennità ta' Marija Omm Alla

  • L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

     

  • Il-Knisja Parrokkjali, Ħal Balzan
    1 ta’ Jannar 2019

    Il-fatt li fl-ewwel jum ta’ din is-sena l-ġdida qegħdin miġburin hawnhekk fil-knisja juri li aħna nixtiequ nitolbu lill-Mulej il-barka tiegħu għal din is-sena għax nagħrfu li hu bis-saħħa u bl-għajnuna tiegħu li nistgħu ngħixu sena tajba…

  • Kompli aqra »

Il-Milied jgħallimna ngħożżu l-ħajja bl-imħabba

Omelija waqt il-Quddiesa ta' Nofsillejl

  • L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

     

  • Il-Knisja Parrokkjali, Ħal Balzan
    24 ta’ Diċembru 2018

    ‘Ngħożżu l-ħajja bl-imħabba’ hu l-motto li għażilt biex ikun ta’ ispirazzjoni għall-ministeru episkopali tiegħi. Jien u nħares lejn il-ġrajja tal-Milied irrakkuntata minn San Luqa nara b’mod sabiħ l-istampa ta’ kif ngħożżu l-ħajja bl-imħabba. Nixtieq li llejla nirriflettu fuq dawn iż-żewġ punti partikolari: l-għożża tal-ħajja u l-festa ta’ mħabba…

  • Kompli aqra »

Is-smigħ, l-għerf u l-azzjoni

Quddiesa għall-ħaddiema tas-Segretarjat għall-Edukazzjoni Kattolika

  • L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

     


  • Kappella tal-Palazz ta’ San Anton, Ħ’Attard

    14 ta’ Diċembru 2018

    Hija okkażjoni tassew sabiħa li qed ninġabru llum viċin il-festa tal-Milied biex nirringrazzjaw lil Alla u nitolbuh l-għajnuna tiegħu. Nixtieq nagħmel tliet punti ta’ riflessjoni għalina lkoll.

    Is-smigħ

    L-ewwel nett, l-importanza tas-smigħ…

  • Kompli aqra »

Kelma ta’ faraġ għal min għaddej minn żmien diffiċli

Quddiesa għall-anzjani u l-istaff ta' Casa Leone u l-ħaddiema tal-Kurja tal-Arċisqof

  • L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

     


  • Casa Leone, San Ġiljan

    6 ta’ Diċembru 2018

    Insellem lir-residenti kollha anzjani u lill-istaff ta’ Casa Leone, kif ukoll lill-ħaddiema tal-Kurja li llum ġew f’din id-dar biex jisimgħu u jitkellmu mal-anzjani u jgħinu fit-tiżjin tad-dar għall-Milied. Nixtieq li f’din l-Ewkaristija naħsbu fuq żewġ punti mill-Kelma ta’ Alla…

  • Kompli aqra »