Il-Kelma tal-Isqof Awżiljarju

Ritratti: L-Isqof Awżiljarju jżur id-Dar tal-Providenza

  • Il-messaġġ tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

     


  • Id-Dar tal-Providenza, is-Siġġiewi

    16 ta’ Novembru 2018

    Id-Dar tal-Providenza tgħallimni kif ngħix il-motto li għażilt biex ikun ta’ ispirazzjoni għall-ministeru episkopali tiegħi: Ngħożżu l-ħajja bl-imħabba.

    Hawnhekk hawn l-għożża tal-ħajja u d-dinjità tal-bniedem. Kull min jiġi hawn jifhem kif il-ħajja ta’ kull bniedem hi prezzjuża u għandna ngħożżuha għax il-bniedem maħluq xbieha ta’ Alla…

  • Kompli aqra »

Il-parir tal-Isqof lill-gradwati l-ġodda: Kunu integri, irrispettaw kull persuna u aħdmu għal soċjetà aħjar

Quddiesa ta' ringrazzjament għall-gradwati l-ġodda tal-Università ta' Malta

  •  

  • L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

     


  • Il-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

    15 ta’ Novembru 2018

    Jum il-Gradwazzjoni hu bla dubju jum ta’ soddisfazzjon għalikom ilkoll. Wara snin ta’ studju, qed taraw it-tarf u taqtgħu l-frott tal-ħidmiet tagħkom. Magħkom jifirħu wkoll il-familji tagħkom, dawk kollha li għallmukom l-Università, u jifraħ ukoll il-pajjiż kollu…

  • Kompli aqra »

X’valur fihom id-dettalji ċkejkin?

Quddiesa f’għeluq l-20 sena mit-tberik tal-knisja

  • L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

     

  • Knisja ta’ Mlit, il-Mosta
    30 ta’ Ottubru 2018

    Il-Papa Franġisku, fl-eżortazzjoni appostolika Ifirħu u Thennew (par. 144) jitkellem fuq il-valur tad-dettalji ċ-ċkejknin. Jgħid li fl-Evanġelju naraw kif Ġesù kemm-il darba stieden lid-dixxipli tiegħu biex jaraw id-dettalji, pereżempju, in-nagħġa waħda minn mija li spiċċat mitlufa, iż-żewġ muniti li l-mara tefgħet fit-tempju meta ħaddieħor kien qed jitfa’ ħafna flus, u diversi oħrajn…

  • Kompli aqra »

Niżirgħu ż-żerriegħa tal-imħabba

Omelija waqt Quddiesa ċċelebrata mal-Moviment tal-Fokolari matul il-Mariapolis

  • L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

     


  • Il-Lukanda Ramla Bay, Marfa

    2 ta’ Novembru 2018

    Meta nħares lejkom miġburin hawnhekk għall-Mariapolis li tibda llejla, u meta naħseb fuq dak li jfisser il-Moviment tal-Fokolari, mal-ewwel jiġini f’moħħi l-motto li għażilt biex ikun ta’ ispirazzjoni fil-ministeru tiegħi bħala isqof: ‘Ngħożżu l-ħajja bl-imħabba’…

  • Kompli aqra »

Messaġġ tal-Isqof Awżiljarju fil-ftuħ tal-wirja tal-arti u t-tberik taċ-ċentru parrokkjali l-ġdid ta’ Ħal Balzan

  • Il-messaġġ tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

     

  • Iċ-Ċentru Parrokkjali, Ħal Balzan
    1 ta’ Novembru 2018

    Il-Papa Franġisku, fl-eżortazzjoni appostolika tiegħu Il-Ferħ tal-Evanġeljui, jgħid li meta aħna nxandru lil Ġesù Kristu, għandna ngħinu n-nies iħarsu lejh bħala l-Verità u t-Tjieba. Imma għandna nwassluhom ukoll biex jagħrfuh bħala l-Ġmiel…

  • Kompli aqra »

Tifħir, ringrazzjament u inkoraġġiment

Messaġġ waqt il-Konfereza Nazzjonali tal-Kariżmatiċi 2018

  • Il-messaġġ tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

     

  • Sala Sir Temi Zammit, l-Università ta’ Malta, Tal-Qroqq
    28 ta’ Ottubru 2018

     

  • Nirringrazzjakom tal-istedina u ta’ din il-laqgħa sabiħa, u nuri l-apprezzament tiegħi għal dak kollu li t-Tiġdid Kariżmatiku qed jagħmel fil-Knisja f’Malta.

    Il-messaġġ tiegħi lilkom hu mibni fuq tliet kelmiet…

  • Kompli aqra »

Tista’ toħroġ xi ħaġa tajba minn Nazaret?

Omelija fil-festa ta' Ġesù Nazzarenu

  • L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

     

  • Knisja Ġesù Nazzarenu, iż-Żejtun
    20 ta’ Ottubru 2018

     

  • Fl-Evanġelju ta’ San Ġwann, fl-ewwel kapitlu, insibu dik il-mistoqsija li qisha ta’ introduzzjoni għal dak li ġej aktar tard, li Natanjel jagħmel meta d-dixxiplu Filippu mar jgħidlu: Sibna lil dak li fuqu kitbu Mosè u l-profeti, Ġesù ta’ Nazaret…

  • Kompli aqra »

Nimxu fuq il-passi ta’ San Alwiġi

Omelija waqt Quddiesa f'Jum il-Fondazzjoni tal-Kulleġġ San Alwiġi

  •  

  • L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

     


  • Is-Santwarju ta’ Santa Tereża, Birkirkara

    16 ta’ Ottubru 2018

     

  • San Alwiġi Gonzaga għex biss 23 sena. Ħajja qasira. Hawnhekk hawn xi studenti li qed joqorbu lejn dik l-età; ħafna mill-għalliema ilhom li qabżu dik l-età…

  • Kompli aqra »

Minn fejn iġib il-qawwa tiegħu l-Papa Franġisku?

Omelija waqt Quddiesa ta' ringrazzjament għall-ħajja organizzata minn Caritas Malta

  • L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

     


  • Il-Bażilika Minuri, il-Mosta

    5 ta’ Ottubru 2018

     

  • Jekk hawn bniedem li jagħmel ħafna kuraġġ lil kull min hu anzjan, dan hu l-Papa Franġisku li ftit ieħor jagħlaq 82 sena: bniedem ta’ dik l-età li qed jaħdem b’ruħu u b’ġismu u b’enerġija kbira fil-missjoni tiegħu ta’ papa biex iġedded il-Knisja u jgħinha timxi b’kuraġġ…

  • Kompli aqra »

L-omm ta’ ftit diskors imma ta’ azzjoni

Omelija waqt Quddiesa f’għeluq il-50 sena anniversarju tal-paroċċa tal-Madonna ta’ Fatima

  • L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

     


  • Il-Knisja Parrokkjali, Gwardamanġa

    13 ta’ Ottubru 2018

     

  • “Marija Santissima, urina li inti ommna …” Din hi t-talba li għadna kif għamilna diversi drabi waqt ir-Rużarju aħna u mexijin fil-pellegrinaġġ lejn din il-knisja. Hi t-talba li tfakkarna li Ġesù fuq is-salib tana lill-Marija bħala ommna, rigal hekk sabiħ, u hi din l-omm li aħna ngħożżu u li lejha nduru biex timxi magħna f’ħajjitna…

  • Kompli aqra »