Ittama fil-Mulej: żomm sħiħ u qawwi qalbek
Riflessjoni fis-Solennità tal-Qalb ta’ Ġesù waqt adorazzjoni għas-saċerdoti f’Għawdex
08/06/2024 Is-Santwarju tal-Qalb ta’ Ġesù, FontanaRiflessjoni tal-Isqof Joseph Galea-Curmi
“It-tama titwieled mill-imħabba u tissejjes fuq l-imħabba li tgelgel mill-Qalb ta’ Ġesù minfuda fuq is-salib”. Dan hu kliem il-Papa Franġisku fil-Bolla tal-Indizzjoni tal-Ġublew tas-sena d-dieħla, bit-titlu meħud mill-Ittra ta’ San Pawl lir-Rumani: “It-tama ma tqarraqx bina” (Rum 5:5).
Nixtieq li aħna s-saċerdoti miġbura quddiem Ġesu Sagramentat nirriflettu fuq din it-tama, u speċjalment fuq kif aħna s-saċerdoti msejħin biex inħaddnu din it-tama, u biex fl-għajxien tal-vokazzjoni tagħna nkunu xhieda ta’ din it-tama, inwassluha… Kompli aqra »