Għaliex iva?! | Ep. 7: Dun John Curmi
27/12/2024Mill-kotba tal-ajruplani tal-gwerra għal ktieb li lil Dun John Curmi għarraflu s-sejħa għas-saċerdozju. Sejħa li dawritu mal-erbat irjieħ tad-dinja imma li, fuq kollox, ħeġġitu jgħarrex ix-xewqa għal Alla f’qalbu. Fost id-diversi espressjonijiet ta’ servizz, riċentament Fr John reġa’ skopra l-ktieb bħala mezz biex minnu jwassal lil Kristu għand it-tfal u l-familji.
Għaliex iva?! huwa serje ta’ podcasts ma’ saċerdoti differenti fejn jirrakkuntaw l-istorja tal-vokazzjoni tagħhom u għaliex jaħsbu li hu worth it li tkun qassis fid-dinja tal-lum… Kompli aqra »