Stqarrijiet għall-Istampa

Il-‘Flimkien’ lura fid-djar Maltin u online

Minn din il‑ġimgħa l‑Flimkien reġa’ beda jitqassam f’160,000 dar f’Malta f’format ġdid stampat u se jkun ukoll online. Dan tħabbar dalgħodu waqt konferenza tal‑aħbarijiet fil‑Kurja tal‑Arċisqof fil‑Furjana, fejn ingħataw dettalji dwar it‑tnedija mill‑ġdid tal‑pubblikazzjoni Flimkien.

Il-Flimkien, li ilu jitqassam fid-djar u fil-parroċċi għal dawn l-aħħar 17 sena, jinħareġ mill-Kulleġġ tal-Kappillani li huwa ffurmat mill-kappillani tal-parroċċi f’Malta… Kompli aqra »

Inawgurat ir-restawr tal-faċċata tal-knisja tan-Naxxar

Proġett kofinanzjat mill-fondi Ewropej

Tlesta l‑proġett ta’ restawr fuq il‑faċċata, il‑koppla u l‑kampnari tal‑Knisja Parrokkjali tan‑Naxxar, proġett li sar b’investiment ta’ €155,500, li 80% minnhom kienu kofinanzjati minn fondi tal‑Unjoni Ewropea. Il‑proġett ġie inawgurat illum mill‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi u mis‑Segretarju Parlamentari għall‑Fondi Ewropej Chris Bonett. Preżenti wkoll is‑Segretarju Amministrattiv tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta Michael Pace Ross, u l‑Arċipriet Dun David Gauci.

Permezz ta’ dan il‑proġett, li għalih ikkontribwixxew ukoll il‑parruċċani tan‑Naxxar, tnaddfet il‑ġebla tal‑faċċata u tal‑kampnari u xi wħud mill‑ġebel, b’mod partikolari dak fin‑naħa ta’ fuq, kellu jinbidel minħabba deterjorazzjoni tal‑ġebla kawża tal‑espożizzjoni għall‑elementi naturali u t‑tniġġis tal‑arja… Kompli aqra »

L-ordinazzjoni ta’ tliet saċerdoti ġodda

Mix-xellug: Rev. Sean Abela, Patri Robert Calleja OFM Conv. u Rev. Jean Claude Attard

Il‑Knisja f’Malta se jkollha tliet saċerdoti ġodda. L‑ordinazzjoni presbiterali mill‑Arċisqof Charles Jude Scicluna se ssir nhar is‑Sibt, 14 ta’ Mejju 2022, fid‑9:30 a.m., fil‑Katidral ta’ San Pawl, l‑Imdina, u se tixxandar fuq Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

It‑tliet djakni li ser jiġu ordnati saċerdoti huma: Rev… Kompli aqra »

Kappillan ġdid għall-parroċċa ta’ San Ġiljan

L‑Arċisqof Charles Jude Scicluna ħatar lil Dun Paul Mizzi bħala kappillan tal‑parroċċa ta’ San Ġiljan waqt li rringrazzja lil Dun Claude Portelli, li serva bħala kappillan għal dawn l-aħħar 13-il sena u viċi kappillan għal sitt snin.

Dun Paul Mizzi twieled Tas‑Sliema fl‑24 ta’ Awwissu 1967. Huwa rċieva l‑edukazzjoni primarja fl‑iskola ta’ St Joseph, Tas‑Sliema, l‑edukazzjoni sekondarja fil‑Kulleġġ Santu Wistin, fil‑Pietà, u l‑edukazzjoni postsekondarja fil‑Junior College, l‑Imsida… Kompli aqra »

21 omm jingħataw l-għajnuna minn Dar Tgħanniqa ta’ Omm

L-Isqof Awżiljarju jżur ir-residenza fil-Mosta

L‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi żar ir‑residenza ‘Dar Tgħanniqa ta’ Omm’ fil‑Mosta, li tgħin ommijiet li minkejja d‑diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom waqt it‑tqala jagħtu prijorità l‑ħajja tat‑tarbija fil‑ġuf. F’din id‑dar, li hija mmexxija mill‑Fondazzjoni Life Network, mal‑21 omm ingħataw l‑għajnuna f’dawn l‑aħħar tliet snin. F’dawn il‑jiem, ‘Dar Tgħanniqa ta’ Omm’ hi miftuħa sabiex kull min jixtieq jagħti donazzjoni u jara b’għajnejh l‑għajnuna li qed tingħata lil dawn l‑ommijiet u t‑trabi tagħhom… Kompli aqra »

Jitilfu ħajjithom waqt li jippruvaw jaqilgħu l-ħobża ta’ kuljum

Stqarrija mill-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi f'Jum il-Ħaddiem

On this year’s Workers’ Day, the Justice and Peace Commission would like to draw attention once again to the tragic fate of those construction workers who, in a pattern which sadly continues to repeat itself all too often, are losing their lives whilst trying to make a living. Serious workplace injuries and fatalities occur also in other economic sectors such as manufacturing. However, the highest number of workplace fatalities happen on construction sites. 

Whilst acknowledging that construction is an inherently hazardous job, as testified also by the 369 non-fatal workplace accidents reported in this sector in 2021, as a country we cannot afford to reach a point where these tragedies are normalised by being presented as faceless statistical numbers… Kompli aqra »

L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ persuni li jattendu gruppi ta’ sapport għas-separati

L‑Arċisqof Charles Jude Scicluna ltaqa’ ma’ persuni li għaddejjin minn separazzjoni fiż‑żwieġ u li bħalissa qed jattendu gruppi ta’ sapport immexxija minn Caritas Malta, kif ukoll fil‑parroċċi tal‑Mosta u Ħal Tarxien.

Waqt il‑laqgħa, l‑Arċisqof sema’ d‑diversi esperjenzi ta’ dawk li għaddew jew għaddejjin mis‑separazzjoni u l‑isfidi li jiltaqgħu magħhom f’dan il‑mumentta’ ħajjithom. Huma wrew apprezzament lejn il‑Knisja li taħdem mill‑qrib mal‑persuni separati u li fil‑parroċċi hemm għadd ta’ saċerdoti li huma sensittivi għal dawk li għaddejjin mis‑separazzjoni… Kompli aqra »

Messaġġ ta’ ringrazzjament mill-Papa Franġisku lill-Arċisqof

Traduzzjoni għall-Malti

Lill-Għażiż Ħija
Mons. Charles Jude Scicluna
Arċisqof ta’ Malta u President tal-Konferenza Episkopali Maltija

Lura mill-Vjaġġ Appostoliku, nixtieq nirringrazzjak tal-impenn kbir waqt it-tħejjijiet taż-Żjara tiegħi. Insellem ukoll lis-saċerdoti, lir-reliġjużi rġiel u nisa, u l-lajċi li ħadmu flimkien.

Grazzi tal-merħba sabiħa, tal-ospitalità u tal-ġenerożità. Ngħożż l-umanità u l-umoriżmu tiegħek, kif ukoll l-imħabba li wrejtuni f’dawn il-jiem mimlija b’tant ferħ. 

Nittama li l-Mulej jagħtikom id-don tal-vokazzjonijiet u jippremjakom għall-kura li tagħtu bi mħabba lis-saċerdoti anzjani… Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mill-Arċisqof Charles Jude Scicluna f’Mejju 2022

Matul ix‑xahar ta’ Mejju, l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna se jkompli jiċċelebra quddies matul il‑ġimgħa kif ukoll nhar ta’ Ħadd. Dawn iċ‑ċelebrazzjonijiet liturġiċi qed jixxandru fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

Il‑quddies organizzat mill‑Arċidjoċesi ta’ Malta qed jixxandar:

  • Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa fid‑9:30 a.m. mill‑Kappella tal‑Madonna ta’ Manresa, fil‑Kurja tal‑Arċisqof, il‑Furjana. Wara l‑quddiesa tingħad it‑talba tar‑rużarju li tixxandar fuq Knisja.mt u Newsbook.com.mt u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta…
  • Kompli aqra »

Il-miżuri ta’ prevenzjoni fil-knejjes

Minn nhar it‑Tnejn, 2 ta’ Mejju, il‑miżuri ta’ prevenzjoni kontra l‑imxija tal‑COVID‑19 mhux se jibqgħu fis‑seħħ waqt il‑quddiesa u ċelebrazzjonijiet oħra bil‑preżenza tal‑pubbliku fil‑knejjes. Dan wara t‑tibdil fil‑liġijiet mħabbra mill‑awtoritajiet tas‑saħħa l‑ġimgħa li għaddiet u sakemm ma jinħarġux miżuri oħra.

Hu rrakkomandat li fil‑knejjes jibqa’ jintuża s‑sanitiser speċjalment minn dawk involuti direttament fiċ‑ċelebrazzjoni tal‑quddiesa, fosthom dawk li jqarbnu. 

L-Insara huma mħeġġa sabiex jattendu għaċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa fil-knejjes, b’mod partikolari fil-jum tal-Ħadd… Kompli aqra »