113 persuna jiggradwaw mill-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali
27/11/2020113 persuna temmew b’suċċess wieħed mit‑13‑il kors li ġew offruti matul l‑aħħar sena akkademika mill‑Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali flimkien ma’ entitajiet oħra tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta. Fil-kuntest tal-pandemija COVID-19, l-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali ddeċieda li ċ‑ċerimonja annwali tal‑gradwazzjoni, li kienet maħsuba ssir illum il‑Ġimgħa, ma ssirx. L-Istitut jixtieq jieħu l-opportunità jawgura lill-partiċipanti kollha li ser ikunu qed jirċievu ċ-ċertifikat b’mod personali.
Il‑korsijiet li temmew il‑parteċipanti kienu: fl‑oqsma tal‑familja, it-teoloġija, il‑kura pastorali fl‑iskejjel, id‑dimensjoni spiritwali fil‑kura tas‑saħħa, l‑għeruq tal‑fidi Nisranija fil‑Ġudaiżmu, il‑ħidma mal‑adolexxenti u ż‑żgħażagħ, l‑istudji fl‑ispiritwalità Karmelitana, Injazjana u l‑akkumpanjament spiritwali, l‑iskopertà tal‑fidi permezz tal‑arti, l‑iżvilupp tar‑responsabbilità ambjentali, u l-formazzjoni għall-fratelli adolexxenti… Kompli aqra »