Il-Governanza bħala amministrazzjoni u ħarsien tal-Istat u tal-komunità internazzjonali – L-Arċisqof f’Jum l-Indipendenza
Quddiesa pontifikali ċelebrata fil-55 anniversarju mindu Malta kisbet l-Indipendenza
21/09/2019- L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
-
Il-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta
21 ta’ Settembru 2019Il‑55 anniversarju tal‑Indipendenza ta’ Malta li wasslet għall‑konsegwenza tal‑kisba tas‑sovranità għall‑Gżejjer Maltin tagħtini l‑opportunità li noffri ftit riflessjonijiet dwar il‑governanza bħala l‑arti tal‑amministrazzjoni tal‑Istat fuq livell kemm nazzjonali kif ukoll internazzjonali.
Din l‑arti tal‑amministrazzjoni tgħin lill‑mexxej, f’dan il‑każ il‑mexxej politiku, biex jgħix is‑sejħa għolja tiegħu li jkun amministratur bir‑riedni tad‑dar f’idejh, f’dan il‑każ qed nirreferi għall‑Istat, fi spirtu ta’ servizz lejn is‑soċjetà u l‑promozzjoni tal‑ġid komuni…