Jitwaqqaf il-Fond għal Solidarjetà Volontarja
L-Arċidjoċesi ta' Malta bl-ewwel kontribuzzjoni b'risq dan il-fond
04/02/2019-
Twaqqaf uffiċjalment fond għal solidarjetà volontarja (Voluntary Solidarity Fund ‑ VSF) bl‑Arċidjoċesi ta’ Malta tkun l‑ewwel kontributur biex din l‑inizjattiva tibda titħaddem. L‑għan ta’ dan il‑fond, li twaqqaf wara ħidma li saret fi ħdan il‑Fondazzjoni Pontifiċja Centesimus Annus, hu li jgħin lil dawk il‑persuni li qegħdin f’riskju li jaqgħu lura biex jegħlbu l‑isfidi tagħhom billi jsiru iktar produttivi. Dan jista’ jsir ukoll b’sostenn mogħti mill‑VSF lil dawk li jixtiequ jibdew in‑negozju tagħhom iżda m’għandhomx il‑kapital u r‑riżorsi inizjali…