Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna f’Jannar 2019
31/12/2018-
It‑Tlieta l-1 ta’ Jannar 2019, fid‑9.00 a.m., l‑Arċisqof Charles J. Scicluna ser jiċċelebra Quddiesa fis‑Solennità tal‑Imqaddsa Marija Omm Alla u l‑Jum Dinji tal‑Paċi, fid‑Dar tal‑Providenza, is‑Siġġiewi. Il‑Quddiesa ser tixxandar live fuq Radju RTK u TVM.
Is‑Sibt 5 ta’ Jannar, fil‑5:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa għall‑koppji li żżewġu matul l‑2018, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Il‑Quddiesa hija organizzata mill‑Moviment ta’ Kana u ser tixxandar live fuq il‑Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta…