Stqarrijiet għall-Istampa

Ċelebrazzjoni djoċesana fil-festa ta’ Kristu Re

  • Il-Knisja Kattolika ser tiċċelebra l-festa liturġika ta’ Kristu Re nhar il-Ħadd, 25 ta’ Novembru 2018. Għal din il-festa li tagħlaq is-sena liturġika, l-Arċisqof Charles J. Scicluna qed jistieden lill-Insara biex jingħaqdu miegħu għaċ-ċelebrazzjoni djoċesana.

    Din tibda fil-5:00p.m. b’korteo minn quddiem il-monument ta’ Kristu Re, il-Furjana, sal-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, fejn tingħad it-Talba tal-Għasar. Waqt l-Għasar, Mons…

  • Kompli aqra »

L-Assemblea Djoċesana 2018

15-il sena mis-Sinodu Djoċesan

  • L‑Arċidjoċesi ta’ Malta ser tlaqqa’ l‑Assemblea Djoċesana li ser tkun ippreseduta mill‑Arċisqof Charles J. Scicluna, nhar il‑Ħamis 22 u l‑Ġimgħa 23 ta’ Novembru 2018. L‑Assemblea ser issir fil‑Katekumenju, il‑Mosta, fejn kien sar is‑Sinodu Djoċesan.

    L‑Arċisqof ried li matul din l‑Assemblea, 15‑il sena minn tmiem is‑Sinodu Djoċesan, issir evalwazzjoni tad‑dokumenti tas‑Sinodu li sar bejn l‑1999 u l‑2003. Fi spirtu ta’ djalogu, il‑Knisja ser tħares lejn l‑iżviluppi li seħħew fil‑kultura u fis‑soċjetà Maltija fl‑aħħar snin, u tara kif tkompli twassal il‑Bxara t‑Tajba fid‑dawl tat‑tagħlim tal‑Papa Franġisku…

  • Kompli aqra »

Ħatra ġdida għall-Arċisqof Scicluna mill-Papa Franġisku

  • Il-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku ħatar lill-Arċisqof Charles J. Scicluna bħala Segretarju Aġġunt tal-Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi tas-Santa Sede. Filwaqt li jibqa’ l-Arċisqof ta’ Malta, Mons. Scicluna ser jagħti sehem ikbar f’din il-Kongregazzjoni li hija responsabbli mill-promozzjoni u l-ħarsien tad-duttrina tal-fidi u l-morali fil-Knisja.

    Fil-preżent, l-Arċisqof Scicluna huwa membru tal-Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi u President ta’ Kulleġġ Speċjali fl-istess Kongregazzjoni, li jiddeċiedi rikorsi f’xi proċessi kanoniċi…

  • Kompli aqra »

Il-Kummissjoni Ambjent tipproponi li l-pajjiżi Ewropej jagħtu aktar attenzjoni lin-nies

  • Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Ippjanar Urban, li qed jiġi mfakkar illum 8 ta’ Novembru, il-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent bagħtet ittra lill-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker, lill-Kulleġġ tal-Kummissarji Ewropej u lill-President tal-Parlament Ewropew Antonio Tajani.

    F’din l-ittra, il-Kummissjoni Ambjent tressaq il-proposta sabiex fil-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea jingħata aktar widen u attenzjoni għall-vuċi tan-nies dwar proġetti li ser iħallu xi impatt fuq il-komunità. Il-KA tisħaq li konsultazzjoni pubblika m’għandix issir biss għaliex hekk jisħqu l-proċeduri imma ssir għaliex il-vuċi ta’ kull ċittadin hija importanti…

  • Kompli aqra »

Inawgurat ċentru parrokkjali ġdid f’Ħal Balzan

Wirja kollettiva ta' arti minn 15-il artist li joqogħdu Ħal Balzan

  • L‑Isqof Awżiljarju Mons. Joseph Galea‑Curmi inawgura ċ‑ċentru parrokkjali l‑ġdid tal‑parroċċa ta’ Ħal Balzan, kif ukoll wirja kollettiva ta’ arti fl‑istess ċentru minn 15‑il artist li joqogħdu Ħal Balzan.

    L‑Isqof Galea‑Curmi bierek il‑post u faħħar il‑ħidma u d‑dedikazzjoni ta’ kull min ħadem biex dan il‑proġett iseħħ, speċjalment ħidmet Mons. Karm Farrugia, il‑kappillan tal‑parroċċa tal‑Annunzjata (Ħal Balzan). L-Isqof qal li l‑Papa Franġisku, fl‑eżortazzjoni appostolika Evangelii Gaudium, jitkellem dwar kif fil‑proċess ta’ evanġelizzazzjoni, l‑arti għanda rwol importanti li tesprimi s‑sbuħija li tfakkarna fis‑sbuħija ta’ Alla u b’hekk tressaqna lejn dak li hu s‑sabiħ fil‑milja tiegħu, jiġifieri Ġesù Kristu…

  • Kompli aqra »

Live: Quddiesa fil-Festa tal-Qaddisin Kollha

  • 

     

  • Il-Ħamis, l-1 ta’ Novembru 2018, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ser jiċċelebra Quddiesa fil-festa tal-Qaddisin Kollha, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, fis-6pm.

    Din il-festa tiġi ċċelebrata mill-Knisja Universali biex l-Insara jagħtu ġieħ lill-Qaddisin kollha waqt li jħabirku biex jimxu fuq l-eżempju tagħhom.

     

  • Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna f’Novembru 2018

  • Il‑Ħamis 1 ta’ Novembru, fis‑6:00 p.m., l‑Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa fil‑festa tal‑Qaddisin Kollha, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Iċ‑ċelebrazzjoni tixxandar live fuq il‑Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta.

    Il‑Ġimgħa 2 ta’ Novembru, fl‑10:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fit‑Tifkira Solenni tal‑Mejtin Kollha, fil‑Knisja taċ‑Ċimiterju tal‑Addolorata, Raħal Ġdid. Il‑Quddiesa tixxandar fuq il‑Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta

  • Kompli aqra »

Mons. Prof. Tomáš Halík il-mistieden ewlieni ta’ Discern Annual Lecture 2018

    • In a time of rapid social and cultural change there could hardly be a more opportune moment for identifying the signs of the secular culture. Templeton Prize winner, Mgr Prof. Tomáš Halík, will discuss the theme of ‘Reading the Signs of the Secular Culture’ during the 2018 Discern Annual Lecture which will be held on Tuesday, 6th November 2018, at The Old Refectory of the Archbishop’s Curia in Floriana, at 7 p.m…

  • Kompli aqra »

Kummissjoni Ekumenika Djoċesana 2018-2022

  • L‑Arċisqof Charles J. Scicluna ġedded il‑ħidma tal‑Kummissjoni Ekumenika Djoċesana għall-erba’ snin li ġejjin (2018-2022) bil‑ħatra ta’ membri ġodda.  Dan filwaqt li kkonferma l‑membri li diġà kienu parti mill‑kummissjoni.

    L‑irwol tal‑Kummissjoni Ekumenika huwa li tgħin lill‑Knisja fir‑relazzjonijiet ma’ Nsara ta’ Knejjes oħra, trawwem kuxjenza ekumenika fost il‑Kattoliċi u tħeġġeġ għat‑talb għall‑għaqda fost l‑Insara.

    Mons. Prof. Hector Scerri ġie kkonfermat bħala president tal‑kummissjoni…

  • Kompli aqra »

Stqarrija konġunta bejn is-Segretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija u l-UPE

  • A meeting was held on Friday 19th October 2018, between the Secretariat for Catholic Education and the Union for Professional Educators (UPE). Both parties clarified that when issues arise, the UPE will first contact the head of school and both parties will address the matter. If the issue is not resolved, the UPE will then contact the Secretariat which will work with the school and the UPE to resolve the issue.

    In view of this development, the Secretariat is initiating legal procedures to withdraw the inhibitory injunction and the UPE is withdrawing its directives in Church schools with immediate effect…

  • Kompli aqra »