Stqarrijiet għall-Istampa

Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna matul Settembru 2018

  • It‑Tlieta 4 ta’ Settembru, fis‑6:30 p.m., l‑Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa fl‑anniversarju tal‑Inkurunazzjoni ta’ Marija Bambina fil‑Bażilika Minuri, l‑Isla.

    Il‑Ġimgħa 7 ta’ Settembru, fis‑7:00 p.m., lejlet il‑festa tat‑Twelid tal‑Verġni Marija, Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Pontifikal Statali fil‑Knisja Arċipretali ta’ Marija Bambina, in‑Naxxar. Il‑Quddiesa ser tixxandar ‘live’ fuq il‑Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta.

    Is‑Sibt 8 ta’ Settembru, fid‑9:15 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fil‑festa tat‑Twelid tal‑Verġni Marija, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta…

  • Kompli aqra »

Stqarrija mill-Arċidjoċesi ta’ Malta dwar Dun Felix Cini

  • L‑Uffiċċju Komunikazzjoni jirreferi għall‑artikli ppubblikati fil-midja f’dawn l‑aħħar 48 siegħa dwar Dun Felix Cini, saċerdot ta’ nazzjonalità Maltija inkardinat fid‑Djoċesi ta’ Grosseto, l‑Italja. Fid‑dawl tal‑kunsiderazzjonijiet li tqajmu, qed issir din il‑kjarifika fl‑aħjar interess tal‑komunità.

    1. Fl‑2008, sar proċess kanoniku mis‑Santa Sede li ddetermina li Dun Cini ma ngħatax il‑piena li twassal għat‑tkeċċija mis‑saċerdozju u għalhekk jibqa’ saċerdot tal‑Knisja Kattolika…
  • Kompli aqra »

Rapport Finanzjarju 2017 tal-Arċidjoċesi ta’ Malta: Jiżdiedu l-pagi u s-sussidji u jonqos is-surplus

  • Fl‑2017, l‑Arċidjoċesi ta’ Malta rreġistrat tnaqqis ta’ €1.44 miljun fis‑surplus nett għal total ta’ €0.37 miljun, mill‑€1.81 miljun irreġistrat fl‑2016. 

    L‑infieq żdied b’riżultat tal-impenn kontinwu li jitjiebu s-servizzi pastorali, li ġab miegħu żieda fl-impjegati fl-entitajiet kollha tal-Arċidjoċesi. Ġew irreġistrati żidiet sinifikati fir‑riżorsi umani fid‑djar tal‑anzjani, fid‑djar tat‑tfal, fid‑djar tal‑persuni b’diżabilità u fil‑Kurja tal‑Arċisqof. Fost l‑oħrajn, dawn ir‑riżorsi addizzjonali kienu meħtieġa sabiex itejbu s‑servizzi mogħtija lir‑residenti anzjani, itejbu s‑servizzi mogħtija lit‑tfal u jkun hemm firxa aktar wiesgħa ta’ servizzi għall‑persuni b’diżabilità…

  • Kompli aqra »

Ħruq ta’ nar minn proprjetà tal-Knisja

  • Wara ċ-ċirkulari tal-Arċidjoċesi ta’ Malta tal-4 ta’ Mejju li għadda, li fakkret f’direttiva li kienet ilha li ħarġet is-snin biex ma jsirx ħruq tan-nar fuq proprjetà tal-Knisja, l-awtoritajiet tal-Knisja ddiskutew is-sitwazzjoni preżenti mal-kappillani u ma’ diversi esperti, u ltaqgħu wkoll ma’ rappreżenanti tal-għaqdiet tan-nar li xtaqu jressqu l-fehmiet tagħhom. Wara numru ta’ laqgħat, ġiet ikkonfermata d-deċiżjoni oriġinali li ma jsirx ħruq tan-nar minn proprjetà tal-Knisja…

  • Kompli aqra »

Filmat: L-iffirmar tal-ftehim kollettiv bejn il-Knisja u l-MUT

Stqarrija konġunta bejn is-Segretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija u l-MUT

  •  

  • Following intense negotiations, the Church Authorities and the Malta Union of Teachers (MUT) have agreed on a Collective Agreement for Church Schools which will be effective from 2018 until 2022. The signing of this agreement was presided over by Archbishop Charles J. Scicluna, today, at the Archbishop’s Curia in Floriana.

    The Collective Agreement will affect all educators working at the Secretariat for Catholic Education and in Church schools in Malta and Gozo…

  • Kompli aqra »

Direttur ġdid għal Caritas Malta

  • L‑Arċisqof Charles J. Scicluna ħatar lis‑Sur Anthony Gatt, psikologu, bħala direttur tal‑entità tal‑Knisja Caritas Malta. Anthony Gatt ser ikompli jaħdem biex il‑Knisja, permezz tal‑Caritas, issaħħaħ is‑servizzi li toffri bla ħlas b’mod partikolari fil‑qasam tar‑rijabilitazzjoni mid‑droga, il-ħidma b’risq il-fqar u l-familji li għaddejjin minn problemi soċjali, u l-ħidma favur il-ġustizzja soċjali u l-iżvilupp tal-persuna.

    Anthony Gatt twieled fl‑1976, il‑Belt Valletta…

  • Kompli aqra »

Bonus Altor (Missier twajjeb)

Omelija tal-Arċisqof waqt l-ordinazzjoni episkopali ta' Mons. Joseph Galea-Curmi, Isqof Awżiljarju ta' Malta

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

     

  • Il-Katidral ta’ San Pawl, l-Imdina
    4 ta’ Awwissu 2018

    Għażiż Fr Joe,

    Nirringrazzjak f’isem il‑Knisja f’Malta talli aċċettajt il‑missjoni l‑ġdida li Ġesù, ir‑Ragħaj it‑Tajjeb, qiegħed jafdalek permezz tal‑Qdusija Tiegħu l‑Papa Franġisku.  Nirringrazzja ’l Alla tal‑persuni kollha li wassluk għal din l‑għotja totali bħala suċċessur tal‑Appostli, bħala isqof li huwa msejjaħ jagħti ħajtu għall‑merħla…

  • Kompli aqra »