Stqarrijiet għall-Istampa

Stqarrija mill-Isqfijiet Maltin dwar il-każ tal-vapur Lifeline

  • Aħna l‑Isqfijiet segwejna l‑ħidma diplomatika li wettaq b’suċċess il‑Gvern Malti fil‑jiem li għaddew biex tinstab soluzzjoni għall‑234 immigrant li jinsabu fuq il‑vapur Lifeline.

    Napprezzaw id‑deċiżjoni tal‑Gvern li jagħti permess lil dan il‑vapur biex jidħol f’Malta. Nifhmu li din ma kinitx ħidma ħafifa imma kien essenzjali li jsir dak kollu meħtieġ biex niggarantixxu li kull ħajja tiġi salvata. Minkejja ċ‑ċokon tagħna għal darba oħra pajjiżna għamel ġest kbir li nittamaw li pajjiżi wisq akbar minna jimitaw…

  • Kompli aqra »

10 boroż ta’ studju mill-Fondazzjoni għall-Istudji Teoloġiċi

  • Il-Fondazzjoni għall-Istudji Teoloġiċi qed tniedi skema ta’ għaxar boroż ta’ studju biex tinkuraġġixxi persuni jidħlu għal studji postgraduate f’oqsma pastorali fil-Fakultà tat-Teoloġija tal-Università ta’ Malta.

    Il-Fondazzjoni, imwaqqfa mill-Arċisqof Ġużeppi Mercieca fl-1988,  fost l-għanijiet tagħha għandha li tippromwovi l-istudju tat-Teoloġija f’Malta.

    Fid-dawl ta’ żviluppi riċenti fil-Knisja lokali u b’rabta mal-viżjoni pastorali tal-Papa Franġisku, il-Fondazzjoni għall-Istudji Teoloġiċi tittama li jitħarrġu akkademikament aktar ministri pastorali li jistgħu jagħtu sehem aħjar f’oqsma differenti tal-Knisja…

  • Kompli aqra »

Is-Segretarjat impenjat li jsolvi l-kwistjonijiet filwaqt li jsostni l-awtonomija tal-iskejjel tal-Knisja

  • The Secretariat for Catholic Education is surprised that the Malta Union of Teachers (MUT) declared an industrial dispute on issues it is working on to resolve. The Union is also informed that, in the coming days, the Secretariat has meetings scheduled with different entities to discuss the issues highlighted by the MUT.

    The Secretariat would like to emphasise that all education grades employed by Church Schools and reimbursed by the State enjoy the same financial remuneration through the agreement reached between the Holy See and the Republic of Malta in 1991…

  • Kompli aqra »

Nomina tal-Isqof Awżiljarju ta’ Malta Monsinjur Joseph Galea-Curmi

  • Il-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku ħatar lil Monsinjur Joseph Galea-Curmi Isqof Awżiljarju ta’ Malta u nnominah Isqof Titulari ta’ Cebarades. Fil-preżent, Monsinjur Galea-Curmi huwa l-Vigarju Ġenerali tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.  

    Bħala Isqof Awżiljarju, l-Eċċellenza Tiegħu Monsinjur Galea-Curmi, li għandu 54 sena, huwa msejjaħ biex ikun il-kollaboratur u l-konsulent l-iżjed qrib tal-Arċisqof ta’ Malta, Monsinjur Charles J. Scicluna, u biex ikollu responsabbiltajiet ta’ tmexxija fil-Kurja kif ukoll fil-ministeru pastorali tal-Arċidjoċesi ta’ Malta. 

    Mal-ordinazzjoni episkopali tiegħu, l-Isqof Galea-Curmi jsir membru tal-Konferenza Episkopali Maltija flimkien ma’ Monsinjur Arċisqof u mal-Isqof ta’ Għawdex, Monsinjur Mario Grech…

  • Kompli aqra »

Stqarrija mill-Isqfijiet Maltin dwar il-każ tal-vapur Aquarius

  • Ilna snin nisimgħu dwar il-fenomenu tal-immigrazzjoni li qed jisvolġi fil-Baħar Mediterran. Dan il-fenomenu jixhed is-sitwazzjoni ddisprata ta’ min iħossu mġiegħel iħalli pajjiżu biex jaħrab il-gwerer jew il-ġuħ; minn naħa l-oħra l-istess fenomenu juri wkoll it-tbatija, it-tħassib u s-sagrifiċċji tal-popli tal-pajjiżi li qegħdin jilqgħuhom.

    Anke f’dawn il-ġranet il-ġrajja tal-vapur Aquarius uriet il-kumplessità u d-delikatezza kemm tal-problema kif ukoll tas-soluzzjonijiet għaliha.

    Għalhekk, inħeġġu lill-awtoritajiet politiċi fl-Ewropa biex ikomplu jfittxu soluzzjonijiet umanitarji għal dawn il-persuni, mingħajr ma jinsew ir-realtajiet taċ-ċittadini tal-pajjiżi li jilqgħuhom…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof iħalli Malta għal missjoni pastorali fiċ-Ċilì

  • L‑Arċisqof Charles J. Scicluna llum iħalli Malta għal missjoni pastorali fiċ‑Ċilì bħala mibgħut speċjali tal‑Qdusija Tiegħu l‑Papa Franġisku. Huwa ser ikun akkumpanjat minn Mons. Jordi Bertomeu. Mons. Arċisqof ser ikollu numru ta’ laqgħat f’Santiago de Chile u ser imexxi missjoni pastorali fid-Djoċesi ta’ Osorno.

    L‑Arċisqof Scicluna jirritorna Malta nhar l‑Erbgħa, 20 ta’ Ġunju 2018.

    L‑Ufficcju Komunikazzjoni jixtieq jinforma lill‑midja li Mons…

  • Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna matul Ġunju 2018

  • Is-Sibt 2 ta’ Ġunju, fis-6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra l-aħħar Quddiesa tat-Tridu tal-festa San Ġużepp, Ħal Għaxaq.

    Il-Ħadd 3 ta’ Ġunju, fid-9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fis‑Solennità tal‑Ġisem u d‑Demm Imqaddes ta’ Ġesù (Corpus Christi) fil‑Katidral tal-Imdina, flimkien mal-Kapitlu u mas-saċerdoti li qed jiċċelebraw xi anniversarju speċjali tal-ordinazzjoni tagħhom. Il-Quddiesa tkompli bil-purċissjoni bl‑Ewkaristija mat‑toroq ewlenin tal‑Imdina…

  • Kompli aqra »

Tgħid San Ġorġ ser jirnexxilu jegħleb lid-dragun tal-iżvilupp bla rażan?

Reazzjoni mill-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent dwar l-iżvilupp propost fil-Bajja ta' San Ġorġ

  • Il‑Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent (KA) tħoss li l‑proġett propost mill‑kumpanija db Group għaż‑żona tal‑Bajja ta’ San Ġorġ jagħmel għajb lil sistema ta’ ppjanar li l‑għan tagħha għandu jkun li toħloq u taqdi komunitajiet sostenibbli. Il‑KA tħares lejn il‑proġett propost bħala sintomu ta’ sistema ta’ ppjanar li apparentement qiegħda tiżżarma biex postha tieħdu sistema fejn il‑prijorità tingħata lill‑proġetti individwali aktar milli lill‑proġetti li jiżguraw il‑ġid komunitarju…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jippreżenta u jniedi l-verżjoni bil-Malti tal-Eżortazzjoni Appostolika tal-Papa Franġisku ‘Ifirħu u Thennew’

  • L‑Arċisqof Charles J. Scicluna ser jagħti preżentazzjoni u jniedi l‑verżjoni bil‑Malti tal‑Eżortazzjoni Appostolika l‑ġdida tal‑Papa Franġisku Gaudete et Exsultate (Ifirħu u Thennew). Il‑preżentazzjoni ser issir nhar il‑Ħamis, 31 ta’ Mejju 2018, fis‑7pm, fil‑bitħa ċentrali tas‑Seminarju tal‑Arċisqof, tal‑Virtù, ir-Rabat. Fi tmiem il‑preżentazzjoni l‑Arċisqof ser imexxi mument ta’ talb. Il‑pubbliku huwa mistieden jattendi.

    F’din l‑eżortazzjoni, il‑Papa Franġisku jitkellem dwar is‑sejħa għall‑qdusija fid‑dinja tal‑lum…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof bi proposta għal soluzzjoni dwar Patri Mark Montebello

  • L‑Arċisqof Charles J. Scicluna avviċina lill‑Provinċjal tal‑Ordni Dumnikan u infurmah li jinsab dispost jgħin biex tinstab soluzzjoni sabiex Patri Mark Montebello jkun jista’ jkompli b’kitbietu b’rispett sħiħ lejn l‑impenn tiegħu ta’ saċerdot reliġjuż u b’lealtà sħiħa lejn it‑tagħlim tal‑Knisja. Filwaqt li jirrispetta l‑awtonomija tal‑Ordni Reliġjuż, l‑Arċisqof ħa din l‑inizjattiva konxju tal‑fatt li saċerdot reliġjuż iwieġeb lis‑superjur tiegħu, li huwa l‑Provinċjal tal‑Ordni. F’dan il‑każ l‑Arċisqof la kien infurmat u lanqas ikkonsultat b’xi deċizjoni dwar Patri Montebello…

  • Kompli aqra »