Stqarrijiet għall-Istampa

Arċipriet ġdid għall-Parroċċa ta’ Ħal Tarxien

    • L-Arċisqof Charles J. Scicluna ħatar lil Dun Christopher Ellul bħala Arċipriet tal-Parroċċa ta’ Marija Annunzjata, Ħal Tarxien.

      Dun Christopher Ellul twieled fl-14 ta’ Ġunju 1988. Irċieva l-edukazzjoni primarja tiegħu fl-iskola Ġużeppi Agius, Raħal Ġdid, l-edukazzjoni sekondarja tiegħu fl-iskola St Michael, Santa Venera u l-edukazzjoni post-sekondarja fil-Kulleġġ Ġan Franġisk Abela, l-Imsida. Kompla l-istudji terzjarji fil-Fakultà tat-Teoloġija (Filosofija u Teoloġija) fl-Università ta’ Malta fejn kiseb ukoll il-liċenzjat fit-Teoloġija…

  • Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna matul April 2018

  • Il‑Ħadd 1 ta’ April 2018, fl‑10:30 a.m., l‑Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa Stazzjonali tal‑Għid il‑Kbir tal‑Mulej fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Il‑Quddiesa ser tixxandar ‘live’ fuq il‑Youtube Channel tal-Knisja f’Malta.

    L‑Erbgħa 4 ta’ April, fid‑9:00 a.m., Monsinjur Arċisqof imexxi l‑pellegrinaġġ tradizzjonali ta’ San Girgor, iż‑Żejtun. Il‑pellegrinaġġ jitlaq mill‑Kappella ta’ San Klement. Wara waqfa fil‑Knisja Parrokkjali, il‑pellegrinaġġ ikompli għall‑Knisja ta’ San Girgor fejn issir Quddiesa…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof se jgħammed seba’ adulti minn sitt pajjiżi differenti

  • Illejla, waqt il‑Vġili Solenni tal‑Qawmien tal‑Mulej mill‑Imwiet fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, l‑Arċisqof Charles J. Scicluna ser jiċċelebra s‑Sagramenti tad‑Dħul fil‑Ħajja Nisranija (Magħmudija, Griżma u Tqarbin) lil seba’ katekumeni, jiġifieri persuni li f’età adulta jagħżlu l‑ħajja Nisranija. Waqt dan il‑Vġili wkoll, żagħżugħ Ġermaniż ser jiġi kkonfermat fil‑fidi Kattolika permezz tas‑Sagrament tal‑Ġriżma tal‑Isqof.

    It-tmien żgħażagħ u adulti li b’dawn is‑sagramenti ser isiru wlied Alla u membri ġodda tal‑Knisja Kattolika kważi kollha huma żgħażagħ taħt it‑tletin sena minn sitt pajjiżi differenti: minn Malta, mill‑Indja, mill‑Italja, mir‑Repubblika Ċeka, minn Kuba u mit‑Turkija…

  • Kompli aqra »

Il-ħasil tar-riġlejn mill-Arċisqof Scicluna

  • Din is‑sena, f’Ħamis ix‑Xirka filgħaxija, waqt it‑Tifkira Solenni tal‑Ikla tal‑Mulej fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, l‑Arċisqof Charles J. Scicluna xtaq li jaħsel riġlejn ta’ tfal, adolexxenti u żgħażagħ minn realtajiet differenti. Dan fil‑kuntest tal‑laqgħat li l‑Arċisqof qed jagħmel bi tħejjija għas‑Sinodu tal‑Isqfijiet dwar iż‑żgħażagħ imsejjaħ mill‑Papa Franġisku, li ser isir f’Ottubru li ġej fil‑Vatikan. dawk li ġew mistiedna mill‑Arċisqof għall‑ħasil tar‑riġlejn il-bieraħ filgħaxija huma:

    • Sitt itfal u adolexxenti uħud minnhom mill‑Kummissjoni Djoċesana Tfal,
    • Tliet żgħażagħ li jwettqu ħidma volontarja u pastorali fi gruppi taż‑żgħażagħ,
    • Żewġ koppji żgħażagħ miżżewġa,
    • Żewġ priġunieri żgħażagħ…
  • Kompli aqra »

L-Arċisqof matul il-Ġimgħa Mqaddsa 2018

  • Nhar il-Ħadd li ġej, 25 ta’ Marzu, il-Knisja tagħti bidu għall-Ġimgħa Mqaddsa biċ‑ċelebrazzjoni ta’ Ħadd il‑Palm u l‑Passjoni tal‑Mulej. L-Arċisqof Charles J. Scicluna, fl-10:30 a.m., ibierek il-friegħi tal-palm u taż‑żebbuġ, u wara jiċċelebra Quddiesa fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Matul il-Quddiesa jinqara r‑rakkont tal‑passjoni mill‑Evanġelju skont San Mark.

    L‑Erbgħa, 28 ta’ Marzu, fis‑7:30 p.m., l-Arċisqof ser imexxi l‑Via Sacra Djoċesana li tibda minn ħdejn l-istatwa ta’ Kristu Re (quddiem il-lukanda Phoenicia) u tintemm quddiem il‑Konkatidral ta’ San Ġwann…

  • Kompli aqra »

Via Sacra Djoċesana 2018

  • Il‑Via Sacra Djoċesana mmexxija mill‑Arċisqof Charles J. Scicluna ser issir nhar l‑Erbgħa, 28 ta’ Marzu 2018. Il‑Via Sacra tibda fis‑7:30pm minn ħdejn l‑istatwa ta’ Kristu Re (quddiem il‑lukanda Phoenicia), u tintemm quddiem il‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta.

    Fl‑okkażjoni tas‑Sinodu tal‑Isqfijiet dwar iż‑Żgħażagħ imsejjaħ mill‑Papa Franġisku, li ser isir f’Ottubru li ġej fil‑Vatikan, l‑Arċisqof talab lil żgħażagħ minn gruppi differenti jħejju r‑riflessjonijiet tal‑Via Sacra…

  • Kompli aqra »

Sentejn mill-mewt tal-Arċisqof Emeritu Mons. Ġużeppi Mercieca

    • Fl‑okkażjoni tat‑tieni anniversarju mill‑mewt tal‑Arċisqof Emeritu Ġużeppi Mercieca, nhar l‑Erbgħa, 21 ta’ Marzu 2018, l‑Arċisqof Charles J. Scicluna ser jiċċelebra Quddiesa b’suffraġju għal ruħ Mons. Mercieca. Din ser issir fil‑Knisja Parrokkjali ta’ Santa Katarina, iż‑Żejtun, il‑parroċċa fejn miet, fis-6:30pm.

      L‑Insara huma mistiedna jattendu għal din il-Quddiesa u jkomplu jitolbu għal Mons. Ġużeppi Mercieca li miet fil‑21 ta’ Marzu 2016, fl‑età ta’ 87 sena…

  • Kompli aqra »

Tħassib dwar ċerti deċiżjonijiet tal-Awtorità tal-Ippjanar u l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi

Stqarrija mil-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent

  • Il‑Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent (KA) hija waħda mill‑entitajiet li kienet issuġġeriet li l‑Awtorità Maltija dwar l‑Ambjent u l‑Ippjanar (MEPA) kellha tinqasam f’żewġ awtoritajiet[1] sabiex ikun żgurat li interessi ambjentali ma jkunux fgati minn interessi oħra li ma jikkontribwixxux għal titjib fil‑kwalità tal‑ħajja taċ‑ċittadini. Madanakollu, kienet il‑KA ukoll li uriet it‑tħassib tagħha dwar il‑mod kif saret il‑qasma tal‑MEPA fl‑Awtorità tal‑Ippjanar (PA) u l‑Awtorità għall‑Ambjent u r‑Riżorsi (ERA)…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jasal lura Malta

  • L‑Arċisqof Charles J. Scicluna wasal lura Malta llum waranofsinhar wara ġimagħtejn fiċ‑Ċilì fuq xogħol assenjat lilu mill‑Qdusija Tiegħu l‑Papa Franġisku. Fl‑Ajruport Internazzjonali ta’ Malta ġie milqugħ minn ommu, ħutu u qraba oħra, u mill‑Vigarju Ġenerali, Mons. Joe Galea Curmi.

    L‑Arċisqof ser ikompli bil‑ħidma tiegħu fl‑Arċidjoċesi ta’ Malta, bl‑ewwel impenn pubbliku jkun nhar il‑Ġimgħa 9 ta’ Marzu. Dakinhar Mons…

  • Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna matul Marzu 2018

  • Il‑Ġimgħa 9 ta’ Marzu 2018, fis‑6:00 p.m., l‑Arċisqof Charles J. Scicluna ser imexxi pellegrinaġġ u jiċċelebra Quddiesa bl‑istatwa devota ta’ Ġesù Redentur, fil‑Bażilika tal‑Isla.

    Il‑Ħadd 11 ta’ Marzu, fl‑10:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa f’Savio College, Ħad-Dingli, fil-50 anniversarju mit-twaqqif tal-iskola.

    Is-Sibt 17 ta’ Marzu, fis-6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa li matulha jagħti l‑pussess lil Dun Martin Cardona bħala l‑Kappillan il‑ġdid tal‑Parroċċa ta’ Ħal Kirkop…

  • Kompli aqra »