Stqarrijiet għall-Istampa

Ċelebrazzjonijiet immexxija mill-Isqof Charles J. Scicluna matul ix-xahar ta’ Novembru 2014

  • Fl-okkażjoni tas-solennità tal-Qaddisin kollha u t-Tifkira Solenni tal-Mejtin kollha, l-Isqof Charles J. Scicluna, Amministratur Appostoliku, ser jiċċelebra l-Quddies li ser isir fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.

    Is-Sibt l-1 ta’ Novembru 2014, Solennità tal-Qaddissin kollha, l-Isqof Scicluna ser jiċċelebra Quddiesa fit-8.30 a.m., filwaqt li l-għada, l-Ħadd 2 ta’ Novembru, l-Għid tal-Imwiet, l-Isqof ser jiċċelebra Quddiesa li tibda fid-9.15 a.m.

    Fid-9 ta’ Novembru, Jum it-Tifkira, Mons…

  • Kompli aqra »

Talb għas-Sinodu tal-Isqfijiet – Stqarrija tal-Konferenza Episkopali Maltija

  • Fi ftit ġimgħat oħra, Isqfijiet minn madwar id-dinja kollha ser jiltaqgħu Ruma għas-Sinodu Straordinarju dwar ‘L-isfidi pastorali tal-familja fil-kuntest tal-evanġeliżazzjoni’, li ser isir bejn il-5 u d-19 ta’ Ottubru li ġej. Dan ser ikun mument qawwi għall-Knisja kollha u għaldaqstant kull Nisrani hu msejjaħ biex jissieħeb u jagħti sehmu. Peress li fuq kollox din il-laqgħa

    tal-Isqfijiet ser tkun mument qawwi ta’ talb, il-Papa Franġisku qed iħeġġeġ biex nhar il-Ħadd 28 ta’ Settembru 2014, l-Insara tad-dinja kollha jingħaqdu qalb waħda u ruħ waħda fit-talb bi tħejjija għal dan is-Sinodu…

  • Kompli aqra »

Ittra Pastorali għar-Randan

  • Ittra Pastorali għar-Randan

  • Sehemna Fil-Bini Tas-Soċjetà

  • Għeżież ħutna,

    ​Fil-mixja tagħna bħala poplu, għamilna passi u kisbiet kbar biex il-ġens tagħna jintiseġ bħala nazzjon u jkollu dinjità…

  • Kompli aqra »

Ittra Pastorali – Avvent 2013

  • Ittra Pastorali għall-Avvent 2013

  • Il-Milied Festa tal-Għerusija tal-Mulej mal-Poplu Tiegħu

  • Biex tara il-verżjoni għat-tfal, agħfas hawn

    Iż-żmien liturġiku tal-Avvent u l-Milied ifakkarna fl-istennija u  l-miġja tal-Mulej fostna…

  • Kompli aqra »

Kappillan ġdid għall-parroċċa ta’ Birżebbuġa

L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ħatar lil Kan. Anton Galea Scannura bħala kappillan tal-parroċċa ta’ San Pietru fil-Ktajjen, Birżebbuġa.

Kan. Anton Galea Scannura twieled il-Belt Valletta fis-17 ta’ Lulju 1973. Hu rċieva l-edukazzjoni tiegħu fl-iskola Primarja ta’ Stella Maris Balzan, fil-Junior Lyceum tal-Ħamrun, u fis-6th Form G.F. Abela, l-Imsida. Huwa kompla l-istudji terzjarji fil-Fakulta tat-Teoloġija (Filosofija u Teoloġija) fl-Università ta’ Malta… Kompli aqra »

Ittra Pastorali għar-Randan 2013

[lang_en]

A Time of Prayer and Charity

Dear brothers and sisters,

The period of Lent has just commenced in the Liturgy of the Catholic Church.  The Catholic Church does not only follow the  civil calendar. Human time is sanctified when the Church lives the experience of the life of Jesus throughout the Liturgical year.  The Liturgical year, in its entirety, follows the Solemn Feast of Easter, that is, the authentic account of the suffering, death and resurrection of Jesus from the dead… Kompli aqra »

Ittra Pastorali dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali 2013

Rispett lejn il-Verità u lejn xulxin

Għeżież ħutna,

L-Elezzjonijiet Ġenerali huma mument ta’ importanza kbira fil-ħajja ta’ kull soċjetà demokratika. Kull ċittadin għandu jħossu fid-dmir li jipparteċipa b’mod ħieles u responsabbli; il-kandidati billi jagħżlu li jkunu ta’ servizz għal kulħadd u l-elettorat billi jesprimi l-vot tiegħu.

Il-Knisja tirrispetta l-awtonomija tal-Istat u timpenja ruħha li ddawwal il-kuxjenza libera taċ-ċittadini f’isem il-ġid komuni u f’isem il-ħarsien tad-dinjità ta’ kull persuna, hi min hi… Kompli aqra »

Ittra Pastorali tal-Avvent 2012

Verżjoni bil-Malti


Għeżież ħutna,

Waħda mill-kwalitajiet sbieħ li għandu l-bniedem hija l-kapaċità li jisma’.  M’humiex ftit dawk fostna li jixxenqu biex jisimgħu kelma bis-sens li jistgħu joqogħdu fuqha.  Fl-istess ħin, illum il-bniedem hu ttentat jagħlaq widnejh għax għejja jisma’ kliem li għandu ħoss ħelu imma vojt.  Il-kliem sar wisq irħis, tant li sar faċli nilagħbu bih.   … Kompli aqra »

Ittra Pastorali għat-Tfal – Avvent 2012

Għeżież tfal,

Waħda mill-karatteristiċi li għandu l-bniedem u li għandna aħna hija l-kapaċità li nisimgħu.  Ħafna drabi ħafna nies ikollhom ix-xewqa li jisimgħu kelma li tagħmel sens u tgħinhom f’ħajjithom allavolja hemm xi wħud li qishom jagħlqu widnejhom biex jisimgħu l-kelma sabiħa ta’ Kristu.

Għalhekk sar importanti iktar minn qatt qabel li aħna naqsmu mal-oħrajn il-kliem ta’ Ġesù.  Din hija l-missjoni tagħna bħala tfal insara… Kompli aqra »