Stqarrijiet għall-Istampa

Stqarrija tal-Isqfijiet Maltin dwar il-Valletta Summit

  • Fl-okkażjoni tal-Valletta Summit li qed jiġbor madwar mejda waħda l-mexxejja tal-Unjoni Ewropeja u ta’ pajjiżi tal-kontinent tal-Afrika, aħna l-Isqfijiet nesprimu l-apprezzament tagħna għar-rieda tajba u l-impenn li qed jintwerew sabiex jinstabu soluzzjonijiet konkreti biex tiġi ndirizzata s-sitwazzjoni tal-immigrazzjoni.

    F’dawn is-sigħat, pajjiżna qed jgħix il-missjoni nobbli tiegħu li jkun pont bejn iż-żewġ kontinenti u jkun post fejn bħala bnedmin inwarrbu d-differenzi ta’ bejnietna, noħorġu mill-għeluq tat-tiftix esklussiv tal-interessi nazzjonali, u nissaħħu fl-ispirtu ta’ ospitalità u ta’ responsabiltà li għandna…

  • Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet Liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna matul ix-xahar ta’ Novembru 2015

  • Nhar il-Ħadd l-1 ta’ Novembru 2015, fid-9:15 a.m., Monsinjur Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa fil-festa tal-Qaddisin kollha, fil-Kon-katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Fil-11:00 a.m. Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa b’suffraġju għall-membri mejtin tal-Kulleġġ St Edwards, il-Birgu. Fl-4:30 p.m. Monsinjur Arċisqof jamministra s-sagrament tal-Griżma tal-Isqof lill-adoloxxenti fil-Parroċċa ta’ Ħad Dingli.

    Nhar it-Tnejn 2 ta’ Novembru, fit-8:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-festa tal-Għid tal-Imwiet, fil-Kon-katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta…

  • Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet Liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna matul ix-xahar t’Ottubru 2015

  • Nhar il-Ħamis l-1 t’Ottubru fid-9:00 a.m. Monsinjur Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa fil-ftuħ tas-Sena Forensi, fl-Oratorju tal-Kon-katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.

    Nhar il-Ġimgħa 2 t’Ottubru fl-10:00 a.m. Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa għall-istaff tas-Segreterija tal-Edukazzjoni Nisranisja, fil-Kappella tal-Kurja, il-Furjana. Fit-8:00 p.m. Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa mal-grupp parrokkjali taż-żgħażagħ, ir-Rabat.

    Nhar il-Ħadd 4 t’Ottubru fid-9:00 a.m. Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa matul il-kampanja ta’ ġbir għal Angela House, Ta’ Ġieżu, ir-Rabat…

  • Kompli aqra »

Dikjarazzjoni konġunta mill-Isqfijiet tad-Djoċesijiet ta’ Malta u Għawdex, Mons. Charles J. Scicluna u Mons. Mario Grech

  • L-Isqfijiet jixtiequ jagħtu assikurazzjoni lill-pubbliku li l-ħarsien tal-minuri huwa dejjem fost il-miri prinċipali tad-Djoċesijiet immexxija minnhom, u li l-liġijiet, kemm tal-Knisja kif ukoll tal-Istat, huma dejjem osservati u esegwiti f’din il-materja bħal f’kull materja oħra.

    Kif inhu magħruf, fil-ħarifa tas-sena 2014 l-Isqfijiet flimkien mas-Superjuri Maġġuri Reliġjuzi ta’ Malta u ta’ Għawdex adottaw u ppubblikaw il-policy il-ġdida dwar kif jiġu mistħarrġa allegazzjonijiet ta’ abbuż ta’ minuri minn membri tal-kleru u reliġjużi u minn funzjonarji pastorali oħra…

  • Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet Liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna matul ix-xahar ta’ Settembru 2015

  • Nhar il-Ġimgħa 4 ta’ Settembru 2015, fis-6:30 p.m., l-Arċisqof Charles J. Scicluna jieħu sehem fil-Quddiesa tal-Ordinazzjoni Episkopali ta’ Monsinjur George Bugeja. Ir-rit liturġiku ser isir fis-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu, Għawdex.

    Il-Ħadd 6 ta’ Settembru, fit-8:30 a.m., l-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa u jinseġ il-Paniġierku fil-Knisja Parrokkjali taż-Żurrieq.

    It-Tnejn 7 ta’ Settembru, fit-8:30 a.m., l-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa mal-patrijiet Frangiskani Konventwali fl-okkażjoni tal-Kapitlu Provinċjali. Fis-7:30 p.m. jiċċelebra Quddiesa lejliet il-festa tal-Vitorja, fil-Knisja Parrokkjali tal-Mellieħa…

  • Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet Liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna matul ix-xahar ta’ Ġunju 2015

  • Nhar l-Erbgħa, 4 ta’ Ġunju 2015, fis-6.00 p.m., l-Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa u jmexxi purċissjoni fl-okkażjoni tal-festa tal-Ġisem u d-Demm Imqaddes ta’ Ġesù (Corpus Christi), fil-parroċċa ta’ San Sebastjan, Ħal Qormi. Il-Ħadd 7 ta’ Ġunju, fid-9.00 a.m., l-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa tal-Ġisem u d-Demm Imqaddes ta’ Ġesù (Corpus Christi) fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, u wara jmexxi purċissjoni qasira bl-Ewkaristija, mat-toroq tal-Belt Valletta…
  • Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet Liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna matul ix-xahar ta’ Mejju 2015

  • Illum, il-Ġimgħa, l-1 ta’ Mejju 2015, fis-6.00 p.m., l-Arċisqof Charles J. Scicluna jagħti bidu għaċ-ċelebrazzjoni tal-ħatra tal-Kappillan tal-Imġarr, Mons. Kalċidon Vassallo. Wara mument ta’ talb fil-Knisja taż-Żebbiegħ, jitlaq korteo għall-Knisja Parrokkjali. Il-Quddiesa tibda fis-7.00 p.m.

    Nhar il-Ħadd, 3 ta’ Mejju, fil-10:45 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra l-ewwel Quddiesa solenni bħala Arċisqof ta’ Malta fil-Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Lija.

    It-Tlieta, 5 ta’ Mejju, fis-6.30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr fl-okkażjoni tal-għaxar anniversarju mit-twaqqif tal-parroċċa ta’ Santa Marija, Birkirkara…

  • Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof-elett Charles J. Scicluna matul ix-xahar ta’ Marzu 2015

  • Nhar il-Ġimgħa 6 ta’ Marzu 2015, fis-6.00 ta’ filgħaxija, l-Arċisqof-elett Monsinjur Charles J. Scicluna, ser imexxi pellegrinaġġ penitenzjali u Għasar fil-parroċċa taż-Żurrieq.

    Il-Ġimgħa 13 ta’ Marzu, fil-5.00 ta’ wara nofsinhar, l-Arċisqof-elett ikompli bil-mixjiet penitenzjali ta’ żmien ir-Randan, billi jmexxi pellegrinaġġ fl-Isla, bl-istatwa ta’ Ġesù Redentur.

    Nhar il-Ħamis 19 ta’ Marzu, solennità ta’ San Ġużepp, fid-9.15 ta’ filgħodu, l-Arċisqof-elett imexxi Quddiesa solenni fil-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù fir-Rabat…

  • Kompli aqra »

Messaġġ Pastorali għar-Randan 2015

  • Sawm: Stennija – Antiċipazzjoni – Wens – Maħfra
  • Għeżież ħuti Nsara, 

    Fil-bidu ta’ dan ir-Randan Imqaddes tas-sena 2015, u bi preparazzjoni għall-mixja li ser nagħmlu f’dan iż-żmien, xtaqt inwassal messaġġ qasir lil kull wieħed u waħda minnkom.

    Darba minnhom, il-Fariżej u l-kittieba staqsew lil Ġesù għaliex id-dixxipli tiegħu ma kinux qed isumu…

  • Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet Liturġiċi mmexxija mill-Isqof Charles J. Scicluna matul ix-xahar ta’ Frar 2015

  • Il-Ħadd l-1 ta’ Frar 2015, fil-11.00 a.m., l-Isqof Charles J. Scicluna, Amministratur Appostoliku, ser jiċċelebra Quddiesa fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, fl-okkażjoni ta’ Jum il-Ħajja. Fis-6.30 ta’ filgħaxija, l-Isqof ser jiċċelebra Quddiesa ta’ radd il-ħajr lil Alla, fil-knisja parrokkjali tal-Fgura, f’għeluq il-ħamsin sena mit-twaqqif ta’ din il-parroċċa.

    Nhar it-Tnejn, 2 ta’ Frar, festa tal-preżentazzjoni tal-Mulej fit-tempju, il-Knisja Universali tiċċelebra Jum il-Ħajja Kkonsagrata. Fit-8.30 ta’ filgħodu, l-Isqof Charles J…

  • Kompli aqra »