Iż-Żjara tal-Papa

Ilkoll Aħwa: Il-familja f’soċjetà tinbidel

It-tielet laqgħa ta’ Ilkoll Aħwa se ssir il-Ġimgħa, 18 ta’ Marzu bit-tema ‘Il-familja f’soċjetà tinbidel’ u se titmexxa minn Jesmond Schembri. It-taħdita tibda billi tingħata ħarsa lejn statistika li titfa’ dawl dwar il-qagħda tal-familja Maltija llum u wara jingħata ċans għal riflessjonijiet. Dan kollu hu maħsub li jservi bħala introduzzjoni għal temi marbuta mal-familja li tkellem dwarhom il-Papa Franġisku, speċjalment fid-dokument Amoris Laetitia

Il-Papa jsostni li l-attitudni ġenerali li biha għandu jinftiehem dan id-dokument hu dak li nħarsu lejn il-familja b’mod ġdid, mimli kompassjoni… Kompli aqra »

Il-quddiesa mill-Papa Franġisku fuq il-Fosos

Illum f’nofsinhar titftaħ ir-reġistrazzjoni għal kull min jixtieq jirriserva post bilqiegħda għall-quddiesa ċċelebrata mill-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku. Il-quddiesa li hija miftuħa għal kulħadd se ssir nhar il-Ħadd, 3 ta’ April 2022, fuq il-Fosos tal-Furjana u tibda fl-10:15am. Min ser jattendi għandu jkun hemm kmieni. Ir-reġistrazzjoni għal dawk li jixtiequ jirriservaw siġġu hi aċċessibli fuq papafrangisku.mt/quddiesa sal-Ħadd, 27 ta’ Marzu.

Ir-reġistrazzjoni tista’ ssir kemm għal individwu kif ukoll f’isem familja jew grupp… Kompli aqra »

Ilkoll Aħwa – Iż-żgħażagħ: tama għall-futur

  Il-Parroċċa ta’ Stella Maris, Tas-Sliema

It-tieni laqgħa ta’ Ilkoll Aħwa se ssir nhar il-Ġimgħa, 11 ta’ Marzu u għandha t-tema ‘Iż-żgħażagħ: tama għall-futur’ u se titmexxa minn Anthony Mifsud.

‘Alla hu żagħżugħ!’ Din il-frażi mill-Papa Franġisku turi l-viżjoni tiegħu. L-attributi żagħżugħa taż-żgħażagħ f’Alla, u bħala rigal minn Alla. Din is-sejħa għat-tama hi attribut li l-adulti m’għandhomx jitilfu hekk kif jgħaddu għal stadji oħra fil-ħajja.

Il-Papa nnifsu jpoġġi lilu nnifsu f’pożizzjoni li jisma’ x’għandhom xi jgħidu ż-żgħażagħ, u x’qed jgħid Alla fl-esperjenza tagħhom… Kompli aqra »

Ilkoll Aħwa: Inħarsu l-Ambjent

  Is-Sala Parrokkjali tal-Kolleġġjata Bażilika ta’ Sant’Elena, Birkirkara

L-ewwel laqgħa ta’ Ilkoll Aħwa se ssir illejla bit-tema ‘Inħarsu l-Ambjent’ u se titmexxa minn Patri Mark Ciantar, OFM.

Il-Papa Franġisku se jibqa’ magħruf fl-istorja bħala l-ewwel Ragħaj tal-Knisja Kattolika li ppublika enċiklika kollha kemm hi fuq ‘l-għożża tad-dar komuni’ tagħna, kif isejħilha hu stess. Għalkemm il-Papa jistqarr li mhux minn dejjem kellu daqshekk kuxjenza ambjentali, illum it-tagħlim tiegħu hu ta’ ispirazzjoni għal ħafna li huma impenjati biex tiġi evitata katastrofi globali… Kompli aqra »

Laqgħat ta’ riflessjoni bi tħejjija għaż-żjara tal-Papa Franġisku

Ilkoll Aħwa hija t-tema ta’ riflessjoni magħżula mill-Knisja f’Malta bi tħejjija għall-miġja tal-Papa Franġisku fostna bejn it-2 u 3 April li ġej. Matul dawn il-ġimgħat, it-tema taż-Żjara Appostolika, “Ġabu ruħhom magħna bi ħlewwa liema bħalha” (Atti 28:2), se tkun ippreżentata taħt diversi aspetti li jħeġġu lis-soċjetà Maltija tirrifletti dwar kif il-ħajja fost il-komunitajiet kollha li jgħixu flimkien fuq dawn il-gżejjer, għandha tkun ta’ solidarjetà u ħbiberija bħal dik tal-aħwa… Kompli aqra »

Jitħabbar il-programm uffiċjali tal-Vjaġġ Appostoliku tal-Papa Franġisku f’Malta

Il-programm uffiċjali tal-Vjaġġ Appostoliku tal-Papa Franġisku f’Malta fit-2 u 3 ta’ April 2022, inħareġ illum mis-Sala Stampa tas-Santa Sede. Is-Sibt il-Papa se jżur il-Belt Valletta u waranofsinhar jibqa’ sejjer Għawdex. Il-Ħadd filgħodu jżur ir-Rabat u l-Furjana u waranofsinhar iżur Ħal Far.

IL-PROGRAMM UFFIĊJALI

Is-Sibt 2 ta’ April 2022
RUMA – MALTA

08:30 Tluq bl-ajruplan mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Ruma/Fiumicino lejn Malta     10:00 Wasla fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta   10:00 ĊERIMONJA TA’ MERĦBA fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta   10:50 ŻJARA TA’ KORTEŻIJA LILL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA fis-Sala tal-Ambaxxaturi tal-Palazz tal-Gran Mastru fil-Belt Valletta   11:35 LAQGĦA MAL-PRIM MINISTRU fis-Sala tal-Paġġi tal-Palazz tal-Gran Mastru fil-Belt Valletta   11:50 LAQGĦA MAL-AWTORITAJIET U L-KORP DIPLOMATIKU fis-Sala tal-Gran Kunsill tal-Palazz tal-Gran Mastru fil-Belt Valletta Diskors tal-
Q.T… Kompli aqra »

L-Arċisqof dwar iż-żjara tal-Papa f’Malta: ‘messaġġ ta’ rikonċiljazzjoni’

Archbishop Charles Scicluna of Malta describes an upcoming meeting of Bishops and Mayors of the Mediterranean in Florence as an opportunity for dialogue aimed at promoting harmony and justice amid the challenges facing countries surrounding the Mare Nostrum.

Pope Francis is scheduled to meet with the Bishops and Mayors of important cities of the Mediterranean on the last day of a 3-day meeting, which takes place on 23 – 27 February in Florence, Italy… Kompli aqra »

L-imħabba li għallimna Pawlu hi mibnija fuq il-laqgħa tagħna ma’ Ġesù – L-Arċisqof

Quddiesa fis-Solennità ta' San Pawl Nawfragu

  Il-Kolleġġjata ta' San Pawl Nawfragu, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Fit-talba ta’ din il-festa għażiża, illum tlabna hekk bħala Maltin u Għawdxin: ‘Inti għoġbok, Mulej, li l-Appostlu Missierna San Pawl jara l-għarqa biex jiġi fostna u jxandrilna l-fidi, agħmel li nibqgħu dejjem irroddu ħajr għat-tħabrik u l-imħabba li hu wera magħna’.

Fir-riflessjonijiet tiegħi ta’ din is-sena nixtieq nieqfu ftit fuq il-frażi ‘l-imħabba li Pawlu wera magħna’ għax għan kbir ta’ din il-festa tant għażiża għalina hi propju li rroddu ħajr lil Alla tal-imħabba li wera magħna Pawlu ta’ Tarsu… Kompli aqra »

Vjaġġ Appostoliku mill-Papa Franġisku f’Malta

  Il-Knisja Kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu, il-Belt Valletta

Il‑Qdusija Tiegħu l‑Papa Franġisku jilqa’ l‑istedina tal‑President tar‑Repubblika ta’ Malta, tal‑awtoritajiet ċivili u tal‑Knisja Kattolika tal‑pajjiż, u ser jagħmel Vjaġġ Appostoliku f’Malta u Għawdex fit‑2 u 3 ta’ April 2022. 

Il‑Papa se jżur il‑Belt Valletta, ir‑Rabat, il‑Furjana u Ħal Far, u l‑gżira ta’ Għawdex. Il‑programm u dettalji oħra tal‑vjaġġ se jitħabbru aktar ’il quddiem.

Agħfas hawn biex tara t-tħabbira uffiċjali tal-Vjaġġ Appostiku tal-Papa f’Malta… Kompli aqra »

Kor tal-Arċidjoċesi ta’ Malta

L‑Arċidjoċesi ta’ Malta se twaqqaf kor sabiex janima quddies waqt diversi attivitajiet djoċesani. Il‑kor se jkun iffurmat minn tfal u adulti. Dawk kollha minn 9 snin ’il fuq jistgħu japplikaw. Għalkemm mhuwiex neċessarju, tagħrif bażiku fil‑qari tal‑mużika jitqies ta’ vantaġġ.

Il‑kor se jkun taħt it‑tmexxija tal‑Mro Christopher Muscat, maestro di cappella tal‑Katidral Metropolitan u direttur mużikali tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta.

Agħfas hawn biex tapplikaKompli aqra »