Iż-Żjara tal-Papa Franġisku f’Malta

Ejjew nilqgħu b’qalb kbira lill-Papa Franġisku – Ittra Pastorali mill-Isqfijiet

Għeżież,

Huwa b’ferħ kbir li lqajna l-aħbar li l-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku se jżur Malta fil-31 ta’ Mejju 2020, nhar Għid il-Ħamsin.

Meta f’Jannar li għadda kien qed jagħmel ir-riflessjoni tiegħu fuq is-silta mill-Atti tal-Appostli, li titkellem fuq kif l-Appostlu Missierna San Pawl wasal Malta
fin-nawfraġju, il-Papa kellu kummenti sbieħ ħafna fuq il-Maltin li laqgħu lil Pawlu u lin-nies tal-ġifen… Kompli aqra »

Twajba, ġentili u akkoljenti

L-aħbar li l-Papa Franġisku se jżur Malta f’Mejju li ġej intlaqgħet b’ferħ kbir. It-tħabbira ngħatat fl-10 ta’ Frar, waqt il-pontifikal fis-solennità ta’ San Pawl Nawfragu – festa għażiża għalina l-Maltin peress li n-nawfraġju ta’ San Pawl jitqies bħala t-twelid tal-fidi Nisranija f’Malta.

F’Jannar li għadda, il-Papa kemm-il darba rrifletta fuq is-silta mill-Atti tal-Appostli li tirrakonta n-nawfraġju ta’ San Pawl, u tkellem b’mod partikolari dwar il-qalb ħanina tal-Maltin li laqgħet lil Pawlu u l-275 nawfragi l-oħra… Kompli aqra »

San Pawl ma ġiex biex jikkundanna imma bl-id qawwija li tfejjaq u turi l-ħniena – L-Arċisqof

L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

Fl-Atti tal-Appostli, il-ktieb li jagħtina r-rakkont għażiż tal-miġja tal-Appostlu Misserna San Pawl fostna, jirrepeti l-istorja u n-narrattiva tal-konverżjoni ta’ Pawlu, Sawlu, tliet darbiet. Wieħed jinnota kemm dan ir-rakkont huwa importanti biex dan it-tieni ktieb li kiteb San Luqa: l-Evanġelju u l-Atti tal-Appostli, din il-laqgħa tal-Imgħallem Ġesù rxuxtat ma’ dan ir-raġel minn Tarsu propju nsibuha rrakkuntata tliet darbiet.

Illum nixtieq nibda r-riflessjoni tiegħi billi nfakkarkom Pawlu stess xi jgħid meta jidħol fi djalogu ma’ Agrippa… Kompli aqra »

Vjaġġ Appostoliku mill-Papa Franġisku f’Malta

Il-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku jilqa’ l-istedina tal-President tar-Repubblika ta’ Malta, tal-Awtoritajiet u tal-Knisja Kattolika tal-Pajjiż, u ser jagħmel Vjaġġ Appostoliku f’Malta u Għawdex fil-31 ta’ Mejju 2020.

Il-programm tal-vjaġġ se jitħabbar iktar ’il quddiem. Kompli aqra »

Logo uffiċjali tal-Vjaġġ Appostoliku f’Malta It-tħabbira uffiċjali tal-Vjaġġ Appostoliku f’Malta …